ISIS – Page 4 – One News

Notifiki

Forzi Brittanniċi u Franċiżi akkużati li wittew it-triq għall-ISIS

Rapport preżentat fil-Parlament Ingliż jikritika bl-aħrax il-mod li bih forzi Brittanniċi u Franċiżi intervjenew biex ingħeleb l-eks mexxej Libjan Muammar Gaddafi fl-2011.

Kumitat għall-Affarijiet Barranin kien akkużat li l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, David Cameron, ma kellux strateġija koerenti għall-kampanja bl-ajru.

Ir-rapport jgħid li ma kienx informat minn eżerċizzju ta’ intellġenza, u li dan wassal biex nibet l-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku fl-Afrika ta’ Fuq.

Il-Gvern Ingliż qed jinisisti li kellu deċiżjoni internazzjonali biex jintervjeni, mill-Arab League u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Aħbar ħażina għall-ISIS

Midja affiljata mal-Istat Iżlamiku qalet li l-kap tal-istrateġija tal-istess grupp terroristiku inqatel fis-Sirja. L-aġenzija tal-aħbarijiet Amaq qalet li Abu Muhammed al-Adnani miet fil-provinċja t’ Aleppo.

Aqra aktar

Kull 84 siegħa jsir attakk terroristiku mill-ISIS

Fl-aħħar ġimgħat rajna fjuri u xemgħat fi Munich, il-kwiet u l-paċi li  konna nsibu f’dan il-post inbidel f’wieħed ta’ tensjoni u dieqa dan wara bomba suwiċida. L-ambjent ta’ talb u ġabra fi knisja Franċiża nbidel f’xena ta’ mewt u mibegħda wara li ħanxru għonq qassis.

Aqra aktar

Send this to a friend