ISIS – Page 3 – One News

Notifiki

BIŻA MILL-ISIS – iwissi l-Gvern Ingliż

Skont rapport tal-Gvern Ingliż, persuni fanatiċi parti mill-ISIS għamlu theddid dirett relatat ma zoni turistiċi Spanjoli. Dawn huma zoni frekwentati ħafna minn turisti Ingliżi. Qed ikun irrapportat li t-theddid inkiteb fuq mezzi soċjali, u qed jikber it-tħassib għax il-grupp qed iqabbad tradutturi tal-lingwa u ġiħadisti barranin biex jiktbu dawn it-tip ta’ messaġġi b’lingwi differenti. Id-dokument Ingliż jgħid li l-ISIS bdew ifittxu estremisti li jafu jitkellmu bl-Ispanjol is-sajf li għadda.

Din il-mara qatlet aktar minn mitt militant Iżlamiku

Joanna Palani, mid-Danimarka, qed tistudja l-politika u għandha 23-il sena.

Għandha wkoll premju (jew aħjar bounty) f’isimha ta’ xejn inqas minn $1,000,000 fuq kap tagħha. Joanna qatlet aktar minn 100 militant tal-Istat Iżlamku waqt il-ġlied flimkien mal-Peshmerga Kurdi fl-Iraq u s-Sirja.

Għandha antenati Kurdi-Iranjani, u twieldet f’kamp tar-refuġjati f’Ramadi, l-Iraq, wara l-ewwel gwerra tal-Golf. Sparat l-ewwel pistola fl-età ta’ disa snin, u kienet għadha żagħżugħa meta fl-2014, ħarġet mill kulleġġ u telqet minn Kopenħagen għas-Sirja.

Fuq Facebook kitbet li kienet ispirata “mill-ġlieda għad-drittijiet tan-nisa, għad-demokrazija, għall-valuri Ewropej li tgħallimt bħala tifla Daniża”.

Aqra aktar

Raġel b’rabtiet mal-ISIS arrestat fil-Ġermanja

Raġel Tuneżin ta’ sitta u tletin sena, suspettat li kien jingaġġa nies mal-grupp tal-Istat Iżlamiku, kien arrestat wara li saru diversi rejds fil-Ġermanja. Huwa kien wieħed minn sittax-il persuna arrestati fl-istat ta’ Hesse, hekk kif 1,100 pulizija fittxew appartamenti, negozji u moskej.

Aqra aktar

Obama jattakka qabel jitlaq

L-Istati Uniti attakkaw kampijiet tal-ISIS fil-Libja tul il-lejl li għadda. Uffiċjali Amerikani qalu li din il-missjoni, li mistennija tkun l-aħħar waħda, seħħet allajrieda u kienet ordnata mill-President Barack Obama ftit tal-jiem ilu.

Aqra aktar

“Ħija miet meta ssieħeb ma’ Daesh”

Ħu Anis Amri, ir-raġel li kien suspettat wara l-attakk f’Berlin u li nqatel mill-Pulizija f’Milan, qal li l-familja tiegħu tinsab ċerta li kien hu li wettaq l-attakk barbaru. Abdul Kader Amri, ħu s-suspettat, sostna li ħuh “ma mietx ftit jiem ilu kawża tal-ġrieħi li ġarrab, iżda miet il-jum li ssieħeb ma’ Daesh”, ‘isem’ li bosta jafuh aktar bħala ISIS.

Aqra aktar

Send this to a friend