Il-MEUSAC strumentali biex €55 miljun minn fondi Ewropej jissarrfu fi proġetti ta’ fejda għall-poplu Malti u Għawdxi

Waqt konferenza bit-tema, ‘Il-Fondi tal-UE f’Malta – Ħarsa Lura u ‘l Quddiem’, rappreżentanti ta’ għaqdiet mhux governattivi, kunsilli lokali, entitajiet governattivi u negozji, kellhom iċ-ċans jiddiskutu aspetti marbuta mal-użu tal-fondi Ewropej f’Malta. B’mod partikolari, ġie diskuss x’seta’ sar aħjar fis-snin li għaddew u x’tagħlimiet joħorġu mill-esperjenza tas-snin kemm ilha Malta tibbenefika mill-fondi tal-UE. Aqra aktar

Send this to a friend