Irlanda – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: 17-il ajruport li tista’ ttir lejhom minn Malta mill-1 ta’ Lulju

6 linji tal-ajru differenti ser ikunu qed joffru titjiriet diretti lejn 17-il ajruport f’disa’ pajjiżi u reġjuni, inklużi Sqallija, il-Ġermanja, l-Isvizzera u l-Lussemburgu, għall-perjodu bejn Lulju u Ottubru.

Ħabbar dan l-ajruport internazzjonali ta’ Malta fi stqarrija hekk kif spjega li bħalissa t-tim tal-iżvilupp tat-Traffiku flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qegħdin jaħdmu mill-qrib mal-linji tal-ajru sħab tal-ajruport sabiex jerġgħu jibdew jibnu l-konnettività ta’ Malta, hekk kif ir-restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġjar qed jiġu llaxkati.

Aqra aktar

L-Irlanda b’akkużi ġodda fil-konfront ta’ Theresa May

Il-Partit Demokratiku Unjonist tal-Irlanda, id-DUP, akkuża lill-Prim Ministru Ingliż Theresa May li ma wettqitx dak li wegħdet dwar l-impatt ta’ Brexit fuq il-fruntieri Irlandiżi.

Dan f’reazzjoni għal ittra li bagħtet il-Prim Ministru stess lil dan il-partit, li kienet ippubblikata f’gazzetta Ingliża.Aqra aktar

L-Irlanda b’referendum dwar l-abort

Il-Gvern Irlandiż qabel li jagħmel referendum fl-aħħar ta’ Mejju li ġej sabiex ikun deċiż jekk għandhiex issir riforma fuq l-abort. Il-vot se jiddeċiedi jekk issirx emenda kostituzzjonali li effettivament tipprojbixxi t-terminazzjonijiet.

Fil-mument, l-abort isir biss meta l-ħajja tan-nisa tkun f’riskju iżda mhux f’każi ta’ stupru, inċest jew abnormalita’ fatali tal-fetu. Il-Prim Ministru, Leo Varadkar qal li huwa ser jikkampanja għar-riforma.

Qabel il-vot, il-ministru tas-saħħa tal-pajjiż ser jippreżenta abbozz ta’ liġi li jipproponi aċċess mhux ristrett għall-abort. Aċċess li jkun disponibbli għal nisa li jkollhom sa tnax-il ġimgħa tqala u f’ċirkustanzi eċċezzjonali anke wara. Id-data tar-referendum ser tkun deċiża wara li jsir id-dibattitu dwar din il-kwistjoni fil-parlament Irlandiż.

Send this to a friend