Iraq – One News

Notifiki

Suldati Amerikani bi ġrieħi trawmatiċi f’rashom wara attakk fl-Iraq

109 suldati Amerikani qed isofri ġrieħi trawmatiċi f’rashom wara attakk f’bażi Amerikana fl-Iraq fit-8 ta’ Jannar li għadda minn qawwiet Iranjani. Dan kien ikkonfermat mill-Pentagon tard it-Tnejn filgħaxija minkejja li għall-bidu l-President Donald Trump qal li l-ebda suldat Amerikan ma ndarab f’dan l-attakk.
Minkejja kollox il-Pentagon qalet ukoll li kważi 70% ta’ dawn l-istess membri tas-servizz diġà rritornaw għax-xogħol. Aqra aktar

“Li ġarrabt jien fl-Iraq, ġarrbu l-bużnannu f’Somme”- suldat jgħid li ħajtu fil-militar kienet eku tal-ġenerazzjoni ta’ qablu fl-Ewwel Gwerra Dinjija

Liam Young għandu 32 sena, u huwa t-tielet minn ġenerazzjoni sħiħa ta’ familja li servew fil-militar. Bużnannuh iġġieled fl-Ewwel Gwerra Dinjija u tilef ħajtu waqt il-battalja ta’ Somme.

Young tneħħa mill-militar f’Jannar tal-2014, u issa, għall-ewwel darba qed jitkellem mal-midja dwar kemm l-esperjenza tiegħu hija eku ta’ dak li għadda minnhu ta’ qablu fit-tajn ta’ Somme.

F’intervista esklussiva ma’ Sky News, Young spjega kif qatt, qabel issa, ma apprezza il-kundizzjonijiet li issa qed jgħix fihom f’daru fl-Ingilterra.

“Ma nistax ma naħsibx jekk il-bużnannu għaddiex mill-istess emozzjonijiet waqt il-Gwerra l-Kbira. Il-militar huwa f’demmi, wara kollox”, qal iż-żagħżugħ, li żied jgħid li kull ma għandu biex ifakkar lil bużnannuh hija kollezzjoni ta’ ritratti antiki.Aqra aktar

L-Iraq ħabbar li l-gwerra kontra l-Istat Islamiku ntemmet

Il-Prim Ministru, Haider al-Abadi qal li t-truppi Iraqqini issa għandhom kontroll assolut tal-fruntiera bejn l-Iraq u s-Sirja.

Iż-żona tal-fruntiera kienet tinkludi l-aħħar ftit żoni miżmuma mill-Istat Islamiku, wara li tilfu l-belt ta’ Rawa f’Novembru.

Din l-aħbar waslet jumejn wara li l-militar Russu ddikjara li lesta l-missjoni li jegħleb l-Istat Islamiku fis-Sirja.

Send this to a friend