Internazzjonali – Page 7 – One News

Daqshekk diffiċli ċċedi postok fuq tal-linja?

Diversi persuni qed jappellaw lil dawk kollha li jużaw it-trasport pubbliku biex juru iktar rispett lejn min verament ikollu bżonn ipoġġi bilqegħda fuq karozza tal-linja. Studjlu li sar fl-Ingilterra, li kkunsidra l-imġieba ta’ diversi persuni madwar id-dinja, jgħid li dak li jkun iżomm lura milli jagħmel ġest nobbli fuq it-trasport pubbliku għax jibża’ mill-konsegwenzi.

Kollha kemm aħna xi darba konna fuq xi karozza tal-linja mimlija daqs bajda, u meta persuna waħda tqum, kulħadd għal fuq xulxin jipprova jirbaħ is-siġġu vojt. Jekk allaħares tinzerta tkun int ir-rebbieħ, lesti ruħek għall-ħars bl-ikrah.Aqra aktar

Imut l-attur Burt Reynolds

L-attur Burt Reynolds, li kien fl-aqwa tal-karriera tiegħu fil-films fis-snin 70, miet ilbieraħ. Huwa kellu 82 sena.

Qed ikun irrappurtat li tilef ħajtu fi sptar fl-Istat Amerikan ta’ Florida wara li sofra minn attakk tal-qalb.Aqra aktar

“Daddy, hawn terremot kbir!”-Malti li esperjenza t-terremot qawwi fil-Ġappun

It-terremot li laqat il-gżira Ġappuniża ta’ Hokkaido ħasad il-ħajja ta’ madwar tmien persuni, u 40 oħra għadhom qed jiġu mfittxija mill-ħaddiema tas-salvataġġ.

It-terrmot kejjel qawwa ta’ 6.7 fuq l-Iskala Rikter, xi ħaġa mhux tas-soltu f’dawn l-inħawi tal-pajjiż.

ONE News tkellem ma’ John Busuttil, li bħalissa ibnu Damian qed jgħix Sapporo f’Hokkaido. Huwa spjega li f’dawn l-inħawi mhux soltu jkun hemm dan it-tip ta’ terremoti, u għalhekk, ir-residenti huma inkwetati ferm. Ibnu ilu madwar 14-il sena jgħix il-Ġappun, u dan huwa l-ikbar terremot li qatt ħassew.Aqra aktar

Send this to a friend