Internazzjonali – Page 3 – One News

Notifiki

Florence joqtol żewġt itrabi

Żewġt itrabi huma fost is-17-il persuna li tilfu ħajjithom fil-Carolinas, l-Istati Uniti wara li l-Urugan Florence ħakem il-kosta tal-Lvant tal-Amerika. It-trabi jidher li nqatlu kawża ta’ siġar li waqgħu fuqhom waqt il-maltemp.Aqra aktar

Serqulha lil żewġha minn taħt imneħirha

L-irmied ta’ raġel mejjet insterqu mid-dar tal-armla tiegħu f’Greenwich, f’Londra, minn żewġt irġiel. Skont rapporti mill-Pulizja Metropolitana ta’ Londra, l-irmied kienu qed jinżammu f’locket forma ta’ qalb, u nsteraq ukoll iċ-ċurkett tat-tieġ tal-armla.Aqra aktar

“Jew li ngħid jien, jew xejn”

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May qalet li l-Membri Parlamentari Ingliżi se jkolhom għażla sempliċi dwar in-negozjati Brexit, jew li tgħid hi, jew xejn.

F’kummenti mal-midja Ingliża, May kellha kritika qawwija għal pjani minn dawk li jappoġġjaw Brexit biex tkun solvuta l-kwistjoni tal-fruntieri Irlandiżi. Dan wara li l-eks Sindku ta’ Londra Boris Johnson iddeskrivi l-fatt li din il-kwistjoni ma kinitx solvuta, u l-pjani ta’ May għal Brexit, bħala att suwiċidali għar-Renju Unit. Aqra aktar

“Kapaċi nsiblek xogħol billi sempliċiment naqsam it-triq”

Il-President Franċiż Emmanuel Macron ma tantx ħalla impressjoni tajba fuq żagħżugħ li lmenta li qed isibha diffiċli biex isib xogħl f’pajjiżu.

Waqt laqgħa’ pubblika f’Pariġi llum, il-ġuvni qallu li applika għal bosta xogħlijiet u ma sabx ix-xorti, iżda Macron ma qabilx miegħu. “Kapaċi insiblek xogħol billi sempliċiment naqsam it-triq”, insista l-President.Aqra aktar

Daqshekk Beetles fit-toroq!

Il-Produtturi Ġermaniżi tad-ditta Volkswagen se jwaqqfu l-produzzjoni tal-karozza Beetle, wara li l-bejgħ ta’ din il-karozza sofra daqqa ta’ ħarta partikolarment fis-suq Amerikan. Il-Beetle hija waħda mill-iktar karozzi ikoniċi tal-aħħar seklu, speċjalment wara s-sensiela ta’ Disney ‘Herbie’.Aqra aktar

“Min hi dik il-ħoxna li hemm fuq il-palk?”

L-attriċi Ingliża Carrie Hope Fletcher bħalissa qed tati spettaklu mill-aqsa fil-Musical Heathers fuq il-palk tal-West End f’Londra. Iżda l-irwol tagħha ġab miegħu baraxx ta’ kummenti xejn sbieħ fuq is-sbuħija u l-ħxuna tal-attriċi.

“L-ewwel kumment li rajt kien: Min hi dik il-ħoxna u l-kerha li hemm fuq il-palk? X’ġabuha jagħmlu?”, stqarret Fletcher. Dan il-kumment weġġa’ sew lill-attriċi, tant li kienet qed tikkunsidra li tmur lura mid-deċiżjoni tagħha li taħdem f’dan l-ispettaklu.Aqra aktar

Tel Aviv il-belt magħżula biex tilqa’ l-Eurovision 2019

Tel Aviv hija l-belt li se tilqa’ l-Eurovision Song Contest li ġej.

Wara stennija twila ta’ ġimgħat li fihom kienet qed tikber l-inċertezza dwar fejn se jsir il-Eurovision Song Contest, l-European Broadcasting Union (EBU) ħabbret li l-Eurovision se jsir f’Tel Aviv nhar l-14, is-16 u t-18 ta’ Mejju li ġej.

Kien hemm mistoqsijiet kbar dwar id-data tal-finali tal-Eurovision hekk kif ġimgħa wara, diversi pajjiżi parteċipanti fil-Eurovision se jkunu għaddejin bl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.Aqra aktar

Send this to a friend