Notifiki

€100,000 favur l-innovazzjoni biex idea ma tibqax fuq il-karta

Intraprendituri u riċerkaturi jistgħu jibbenefikaw minn €25,000 kull wieħed biex jiżviluppaw l-ideat innovattivi tagħhom permezz ta’ fond li tnieda mill-Ministru għall-Ekonomija u l-Investiment Silvio Schembri. Aqra aktar

Tinvesti miljun ewro fir-riċerka u l-innovazzjni

Il-Kumpanija Abertex, li timmanifattura komponenti tal-batteriji tal-karozzi, għaddejja b’investiment ta’ miljun ewro fir-riċerka u l-innovazzjoni. Fil-portafoll tal-klijenti tagħha, Abertex għandha kumpaniji kbar fid-dinja fil-qasam tal-karozzi fil-Ġermanja u fil-Ġappun BMW fosthom Toyota u Volkswagen.

Il-kumpanija bdiet topera f’Kordin b’żewġ ħaddiema Ġermaniżi u illum espandiet u qed tħaddem 150 ħaddiem f’fabbrika fil-Mosta Technopark. Waqt żjara li l-Prim Ministru Joseph Muscat għamel fil-fabbrika bħala parti mill-attivitajiet ta’ Jum il-Ħaddiem, ingħad li fl-aħħar ħames snin il-kumpanija investiet €10 miljun, tant, li rduppjat il-ħaddiema.Aqra aktar

Send this to a friend