inkjesta – Page 4 – One News

Notifiki

“Jekk Simon Busuttil ma jitlaqx waħdu, għandu jneħħih Adrian Delia” – Partit Laburista

Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia talab lill-eks Kap tal-Partit sabiex iġorr il-responsabbiltá politika marbuta mal-akbar gidba fl-istorja politika.

Adrian Delia saqsa lil Simon Busuttil sabiex jissospendi ruħu mill-grupp Parlamentari Nazzjonalista kif ukoll ser ikun qed jitneħħa minn Kelliem għall-governanza.

Il-Partit Laburista jifraħ lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista li fl-aħħar ħa deċiżjoni tajba fil-konfront ta’ Simon Busuttil u jgħid li Delia għandu jneħħi lil Busuttil jekk ma jitlaqx waħdu mill-Parlament.

Sadattant, wieħed għadu jistenna li Simon Busuttil jirriżenja mill-Parlament għax mhux denju jirrapreżenta lill-poplu.

Busuttil imur fuq Facebook biex jgħid li mhux se jirriżenja

L-eks Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, qal li mhux se jirriżenja għax skont hu mhux responsabbli għal gidba ta’ Egrant. Biex jiddefendi ruħu qal li bilfors kellu jitkellem meta ħarġu l-allegazzjonijiet. Għalkemm il-verità hi li hemm bosta dikjarazzjonijiet fejn fihom qal li kien ċert l-kumpanija tal-familja Muscat.

Aqra aktar

“Illum bdiet issir ġustizzja ma’ familti u mal-pajjiż” – Joseph Muscat

F’diskors mill-aktar emozzjonanti, fl-istess kamra f’Kastilja fejn fl-20 t’April tas-sena l-oħra kien qal li l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu u ta’ familtu huma gidba, illum il-Prim Ministru Joseph Muscat, iswed fuq l-abjad irreaġixxa għar-riżultati tal-inkjesta dwar l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu, ta’ martu Michelle u ta’ familtu.

Innota li l-akbar gidba fl-istorja politika ta’ pajjiżna – illum mhijiex biss konfermata iżda hija ċertifikata.

Gidba ċertifikata minn inkjesta ta’ membru tal-ġudikatura mhux magħżul minnu, li jgawdi l-fiduċja ta’ kulħadd, u li ħa b’kollox 15-il xahar biex stabbilixxa l-fatti kollha sal-iċken dettall.

Stqarr li kien dispjaċut li martu Michelle ma kinitx miegħu, kif xtaqet tkun, minħabba li tinsab imsiefra b’ konnessjoni ma ħidma fil-volontarjat.

Filwaqt li rringrazzja lil uliedu, Joseph Muscat qalilhom li la ommhom u lanqas missirhom ma huma sejrin il-ħabs. Qalilhom li huwa kburi li hu l-Prim Ministru ta’ Malta u li jittama li jkunu kburin bih daqskemm hu kburi bihom.

Mistoqsijiet mhux imwieġba dwar il-laptop ta’ DCG

Il-MaltaToday żvelat dalgħodu li l-pulizija kienu talbu lill-Maġistrat Inkwirenti biex jiġbor il-laptop li kienet tuża Daphne Caruana Galizia. Iżda, mhux magħruf jekk dan inġabarx bil-Maġistrat jgħid li ma jistax jikkummenta meta mistoqsi jekk talabx il-laptop lill-familja ta’ Caruana Galizia. “Ma nistax inwieġeb għax l-investigazzjoni min-naħa tiegħi għadha pendenti,” qal il-Maġistrat Anthony Vella. Jirriżulta li l-pulizija ilhom li għamlu t-talba tagħhom.

Aqra aktar

NET NEWS: għal darba jgħidu l-verità

Kien titlu li ħareġ bi żball dak tal-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista. Titlu li kellu jgħid li l-inkjesta mhux lesta, imma bi żball ħareġ li mhux falza.

Bilfors jitfixlu. Tant draw jgħidu, sa mill-bidu nett, li l-inkjesta falza, li ħarbitilhom hekk. Jgħidu li falza għax jafu li r-riżultat aktar ma jkunx favorihom. Kif tant ilu jgħid il-Prim Ministru, ir-riżultat se juri li qed jgħid il-verità. Li jidfal, f’dan l-istadju, huwa li Busuttil jgħid jirriżenjax jekk jinstab li għamel akkużi foloz.

Intant, tan-NET ftit wara rranġawha biex jgħidu li l-inkjesta mhux lesta.

Aqra aktar

Send this to a friend