inkjesta – One News

Notifiki

L-inkjesta nnutat id-dedikazzjoni tas-suldati

L-inkjesta Maġisterjali li kkonkludiet li la l-Prim Ministru u lanqas l-Armata ma qatlu immigranti wriet ukoll ix-xogħol tajjeb li qed isir mill-Forzi Armati ta’ Malta. Aqra aktar

L-inkjesta tgħid li min ressaq id-denunzji ma trattax it-traffikar uman 

L-inkjesta Maġisterjali dwar l-Armata tkellmet b’mod ċar dwar it-traffikar uman.

Filwaqt li l-Maġistrat inkwirenti Joe Mifsud ġab fix-xejn l-allegazzjonijiet iffirmati minn fost l-oħrajn, il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Jason Azzopardi, l-inkjesta tkellmet b’mod dettaljat dwar il-pjaga tat-traffikar tal-bnedmin li qed isir taħt għajnejn l-Unjoni Ewropea. Aqra aktar

BIL-FILMAT: Delia jgħid li Azzopardi m’għandux jerfa’ responsabilità politika u jitlob lill-PM jagħmel apoloġija

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ddefenda lid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u qal li m’għandux jerfa’ responsabbilita politika għad-denunzji li fetaħ fejn akkuża lill-Prim Ministru, lill-Brigadier u lis-suldati bi qtil ta’ immigranti. Aqra aktar

Rapporti jgħidu li tlestiet l-inkjesta fuq l-Armata

Rapporti fil-midja qalu li tlestiet l-inkjesta maġisterjali fil-konfront tal-membri tal-ekwipaġġ P52 tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Brigadier Jeffrey Curmi u l-Prim Ministru Robert Abela.Aqra aktar

Is-66 immigrant mistennija jixhdu nhar it-Tlieta… l-inkjesta fuq l-armata tkompli

Is-66 immigrant li ġew salvati mill-armata u li ġie allegat mill-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-ġustizzja Jason Azzopardi li s-suldati wettqu attentat ta’ qtil fuqhom, huma mistennija jixhdu nhar it-Tlieta li ġej. Aqra aktar

Jason Azzopardi u Repubblika mgiddba b’informazzjoni li ressqu huma stess

Informazzjoni ġdida li preżentat l-għaqda Repubblika stess tgiddeb l-akkużi fi kwerela li fetaħ il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-ġustizzja Jason Azzopardi u l-għaqda Repubblika kontra membri tal-Forzi Armati ta’ Malta u l-Prim Ministru. Aqra aktar

Send this to a friend