Ingilterra – Page 9 – One News

Notifiki

Ħidma biex tikber ir-relazzjoni bejniethom

Il-Prim Ministru Theresa May qalet li r-Renju Unit se jtejjeb ir-relazzjonijiet ta’ negozju mat-Turkija wara li saru diskussjonijiet mal-President Tork Recep Tayyip Erdogan.

Il-Prim Ministru Ingliż qalet li t-Turkija hija ħabiba antika ta’ pajjiżha, iżda hemm potenzjal biex ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi jissaħħu.

Aqra aktar

Aħbar sabiħa għad-dilettanti tal-bolol

David Bowie se jkun ikkommemorat b’set ta’ 10 bolol li se jinħarġu mir-Royal Mail. Il-bolol, li ċ-ċirkulazzjoni se tibda fl-14 ta’ Marzu, se jkunu qed jikkommemoraw il-qoxra ta’ sitt albums ta’ Bowie u kif ukoll erbgħa mit-tours li kien għamel.

Rappreżentant għar-Royal Mail. Philip Parker, qal “ Għal ħames diċenji David Bowie dejjem kien fuq quddiem tal-kultura kontemporanja, u kien ta’ influwenza kbira għall-ġenerazzjonijiet ta’ mużiċisti, artisti, disinjaruti u kittieba.”

Aqra aktar

Iċ-ċpar jikkawża dewmien f’sitt titjiriet bejn l-Ingilterra u Malta

Ċpar ikkawża dewmien f’sitt titjiriet, li kienu skedati tul il-jum, li ħamsa minnhom kienu se jitilqu minn Heathrow, Manchester u Gatwick bid-destinazzjoni tkun għal Malta u waħda minn Malta lejn Heathrow.

Il-linja tal-ajru AirMalta ħabbret fuq is-sit tagħha li t-titjiriet t’hawn isfel ġew miżmuma milli jitilqu fil-ħin li kien skedat, bil-ħinijiet il-ġodda jkunu:

Aqra aktar

Theresa May tispjega l-Ingilterra x’se tagħmel…

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May tkellmet dwar il-pjan tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Dan għamlitu lil diplomatiċi f’Lancaster House.
Qalet fost oħrajn li r-Renju Unit ma jistax jibqa’ fis-suq waħdani Ewropew, għax ikun ifisser li prattikament ma jkun telaq xejn mill-UE. Qalet però li r-Renju Unit se jkun qed jagħti l-ikbar imbottatura possibbli sabiex jibqa’ jaċċessa dan is-suq. Ħabbret li l-Parlament se jkun qed jivvota fuq il-ftehim aħħari bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea. Wiegħdet it-tmiem tal-era li fiha r-Renju Unit kien jikkontribwixxi bi kbir f’dawk li huma finanzi Ewropej.

Aqra aktar

LONDRA: Jaqbżu l-limitu annwali ta’ tniġġiż fl-ewwel ħamest ijiem tal-2017

Londra rnexxielha tmur kontra l-limitu annwali ta’ tniġġiż fl-arja, fl-ewwel ħamest ijiem tal-2017. Dawk li jitkellmu favur l-ambjent f’Londra saħqu li dan juri kemm is-sitwazzjoni f’din il-Belt qed tiggrava.

Skont il-liġi Ingliża, l-livelli ta’ NO2 (nitrogen dioxide) fl-arja ma jistax jaqbeż il-200 mikrogramma kull metru kubu, iżda l-Ħamis dan il-limitu kien diġa’ nqabeż fi triq Brixton, Lambeth. Aqra aktar

Ir-Reġina kienet se tlaqqat tir

Ir-Reġina tal-Ingilterra għal ftit ma laqqtitx tir mingħand wieħed mill-gwardji tagħha wara li ħarġet għall-mixja tard filgħaxija, dan skond rapport li ħareġ f’ġurnal barrani.

Il-gwardjan minn tagħha rrakkonta mal-ġurnal barrani kif meta ra dell ta’ persuna filgħaxija, hu qal li beda jgħajjat biex il-persuna tidentifika min hi, każ li seħħ f’Buckingham Palace fit-tlieta ta’ filgħodu.

Aqra aktar

L-ewwel sena BLA MWIET għall-Forzi Armati Ingliżi

Skont The Telegraph, il-Forzi Armati Ingliżi għaddew l-ewwel sena tagħhom f’madwar ħames deċenji mingħajr suldat, baħħar jew pilota maqtul waqt xi operazzjoni.

Statistika mill-Ministeru għad-Difiża tindika li dan ilu ma jseħħ mill-1968. Forzi Brittanniċi ilhom jiġġieldu b’zoni ta’ kunflitt perikolużi għal aktar minn 70 sena, minn meta spiċċat it-Tieni Gwerra Dinjija.

Skont sorsi militari li tkellmu mal-istess ġurnal, it-tmiem tal-ġlied tal-Ingliż fl-Afghanistan, ir-rieda li forzi Ingliżi ma jiġġieldux f’missjonijiet simili u l-attenzjoni ‘l bogħod mill-front lines u aktar lejn it-taħriġ kienu kollha fatturi li wasslu għal dan ir-riżultat.

Aqra aktar

Xeni li jħalluk bla kliem

Mezzi tax-xandir Ingliżi qed jippubblikaw ritratti tal-effetti tax-xorb fuq żgħażagħ Ingliżi. Huma sitwazzjonijet ta’ mistħija għal dawn iż-żgħażagħ u ta’ inkwiet kbir għall-awtoritajiet tas-saħħa tar-Renju Unit.

Il-kap eżekuttiv tal-NHS, is-servizz nazzjonali tas-saħħa, irrimarka li s-servizz aktar sar jirrappreżenta n-National Hangover Service. Spjega li s-sistema tas-saħħa diġà tinsab taħt pressjoni kbira, u l-aġir ta’ dawn il-persuni jfisser li ħafna ambulanzi jispiċċaw jintużaw għalihom, flimkien mad-dipartiment tal-emerġenza.

Ir-ritratti huma impressjonanti.

Aqra aktar

Tinħoloq Trump Queen

Ċertu disinjatur bl-isem ta’ Michal Krauthamer iddeċieda jżid kelma mal-motto favorit tal-President elett tal-Istati Uniti Donald Trump.

Bit-tema “make Amercia Great Britain Again”, iddeċieda jmur fuq il-programm Photoshop u jitfa’ wiċċ Trump fil-persuna tar-Reġina tal-Ingilterra.

“Ma kienx eżerċizzju politiku imma eżerċizzju dwar il-bluha ta’ Photoshop u l-kapaċità li jġiegħel bniedem jidħal” spjega Michal. Ir-riżultat huwa pjuttost tad-daħk.

Aqra aktar

Send this to a friend