Ingilterra – Page 5 – One News

Notifiki

Puttinu b’iżjed pjanijiet f’Londra

Fl-2016, il-vjaġġi ta’ pazjenti Maltin lejn l-Ingilterra għall-kura laħħaq it-823.

Statistiċi tul is-snin jindikaw kif dawn kull ma’ jmur qed jiżdiedu, biex illum il-vjaġġi l-Ingilterra għall-kura jlaħħqu bejn is-60 u d-90 fix-xahar.

Għal dan il-għan, Puttinu Cares, li fl-Ingilterra diġà xtrat dsatax-il appartament f’żewġ blokki, u tikri sitta oħra, għandha l-ħsieb li tkompli ħidmietha biex ittaffi l-problemi għall-familji li jkollhom jitilgħu l-Ingilterra biex uliedhom jingħataw il-kura.

Spjegalna iktar dwar dan, Rennie Zerafa – Fundatur ta’ Puttinu Cares.

Aqra aktar

58 abort Malti fl-Ingilterra

Is-sena li għaddiet saru 58 abort fl-Ingilterra minn persuni ta’ nazzjonalità Maltija. Dan jirriżulta minn rapport annwali li jkun ippubblikat ta’ kull sena mid-Dipartiment tas-Saħħa fl-Ingilterra fejn joħroġ tagħrif dwar in-notifiki li jkunu għaddew lill-uffiċjali t-tobba li jkunu wettqu l-abort fuq persuni fl-Ingilterra u Wales.

Notifika li hija mitluba skont illiġi tal-pajjiż. Jirriżulta li kien hemm 190,406 abort li saru fl-Ingilterra u Wales is-sena l-oħra. Tnaqqis żgħir mill-191,014 każ ta’ abort fl-2015. L-iktar etajiet popolari fejn isir l-abort huma dawk ta’ fuq l-20 sena għalkemm kien hemm każi fejn kien irrapportat li sar abort minn persuni fl-età ta’ 12- il sena u saħansitra jitilgħu għal persuni fuq l-40 sena.

Aqra aktar

Jirrifjutaw li jitilqu minkejja li kulħadd qed jiġi evakwat

Madwar 80 persuna rrifjutaw li jitilqu minn djarhom f’Chalcots Estate f’Londra fejn 650 propjetà ġew evakwati minħabba raġunijiet ta’ sigurtà b’rabta ma’ nirien.

Il-Kunsill ta’ Camden ħa din id-deċiżjoni b’mod immedjat biex jevakwa aktar minn 800 residenza l-Ġimgħa li għadda, iżda diversi persuni rrifjutaw li jobdu din l-ordni.

Il-binjiet għandhom materjal simili tal-bini li nħakem minn nirien kbar f’Grenfell.

Aqra aktar

Il-Pulizija Ingliża tispara tiri lejn mara

Il-Pulizija Ingliża sparat tiri lejn mara u erba’ persuni oħra ġew arrestati. Dan wara operazzjoni mill-Pulizija li taħdem kontra t-terroriżmu fit-tramuntana ta’ Londra. Residenti qalu mal-mezzi tax-xandir li semgħu tiri u raw uffiċjali armati fuq il-bjut tad-djar f’Willesden ilbieraħ filgħaxija. Hu mifhum li l-operazzjoni m’għandhiex x’taqsam mar-raġel li nqaba iġorr basket mimli skieken f’Westminster aktar kmieni lbieraħ ukoll.

Membri Parlamentari Ingliżi jaqblu: elezzjoni nhar it-8 ta’ Ġunju

Membri Parlamentari Ingliżi approvaw il-pjan tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May, biex issir elezzjoni nhar it-tmienja ta’ Ġunju. Il-Parlament Ingliż appoġġja lill-Prim Ministru b’522 vot kontra 13, jiġifieri iktar mill-maġġoranza ta’ żewġ terzi meħtieġa. May temmen li mandat ġdid isaħħaħha fid-divorzju minn mar-Renju Unit u jipprovdi aktar ċertezza għall-ġejjieni.

Il-Parlament Ingliż mistenni japprova t-talba ta’ elezzjoni bikrija

Il-House of Commons mistenni japprova t-talba tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May biex f’Ġunju li ġej issir elezzjoni bikrija fir-Renju Unit.

It-talba ta’ May trid tiġi approvata minn żewġ terzi tal-Parlament Ingliż.

Din it-talba mistennija tiġi approvata mingħajr xkiel wara li anki l-mexxej tal-Partit Laburista Ingliż Jeremy Corbyn laqa’ t-talba biex issir l-elezzjoni fit-tmienja ta’ Ġunju.

Aqra aktar

Każ mhux solvut

It-tnax-il persuna arrestati b’konessjoni mal-attakk terroristiku f’Westminster u l-Parlament Ingliż ingħataw il-ħelsien mill-arrest u mhux se jkomplu jiġu investigati. Dan spjegatu l-Pulizija ta’ Londra.

Aqra aktar

Send this to a friend