Ingilterra – Page 4 – One News

Notifiki

Miżuri drastiċi minħabba l-influwenza fl-Ingilterra

L-influwenza mhux biss tolqot il-gżejjer tagħna iżda qed tikkawża problemi kbar fl-Ingilterra. L-isptarijiet Ingliżi u s-servizzi tas-saħħa tal-pajjiż qed jiddeskrivu l-mument bħala l-agħar f’dawn l-aħħar snin fir-rigward ta’ stress li qed taffaċċja minħabba l-influwenza, temp ikrah u persuni jbatu minn problemi tan-nifs.

Aqra aktar

Erbgħa membri tal-Armata Ngliża arrestati dwar Neo-Naziżmu

Il-pulizija fl-Ingilterra arrestat erbgħa membri  tal-Armata Ngliża bħala miżura kontra t-terroriżmu wara li dawn qed jiġu ssuspettati b’involviment fil-partit Neo-Nażi ‘National Action’.

L-irġiel issuspettati qed jinżammu taħt il-kustodja tal-pulizija fl-għassa ta’ West Midlands, taħt suspett li huma kienu parti mill-ippjannar u twettiq ta’ atti ta’ terroriżmu .

Aqra aktar

Jaqa’ s-skiet fuq il-Big Ben

Il-Big Ben waqa’ fis-silenzju hekk kif se jinbeda xogħol ta’ tiswija li mistenni jsir sal-2020.

It-tokki ta’ nofsinhar kienu l-aħħar ħsejjes mill-famuża qanpiena sakemm jitlestew it-tiswijiet meħtieġa.

Minkejja dan, xorta waħda ser tkun qed tintuża għal okkażjonijiet speċjali fosthom f’lejliet l-ewwel tas-sena.Aqra aktar

Il-Pulizija tħejji għal Malta kontra l-Ingilterra

Iktar minn ħamest elef Ingliż li ġejjin Malta għal-logħba bejn Malta u l-Ingilterra fl-ewwel ta’ Settembru kienu skrutinizzati mill-pulizija Maltija, li għal din il-logħoba qed tħejji b’serjetà kbira. 

Tant li kkolaborat mal-pulizija Ingliża li wkoll kellha sehem f’dan il-proċess. 

Tkellimna mal-ispettur Robert Vella li għal dawn l-aħħar ġimgħat kienet fdata lilu l-biċċa ugigħ ta’ ras li jkun assigurat li f’dak il-jum tant mistenni mid-dilettanti tal-futbol kollox jimxi ħarir mil-lat ta’ sigurtà

Aqra aktar

Il-Fosos lesti għal Bocelli u Calleja

Għada fuq il-Fosos tal-Furjana ser isir il-kunċert tant mistenni bejn tnejn mill-ikbar aritsti internazzjonali – it-tenur Andrea Bocelli u Joseph Calleja. It-tenur malti reġa zamm l-appuntament annwali tiegħu sabiex fl-lejla sajfija jerġa jpaxxi lill-udjenza Maltija. Segwu dan is-servizz.

Aqra aktar

Send this to a friend