Ingilterra – Page 11 – One News

Notifiki

MEWTA MAKABRA: rasu milquta minn ferrovija

Raġel tilef ħajtu meta xxabbatt minn tieqa ta’ ferrovija u kien milqut minn ferrovija oħra fl-Ingilterra.

Il-każ seħħ abbord ferrovija ta’ Gatwick Express, fl-istazzjon Wandsworth, u l-passiġġier kien iddikjarat mejjet fuq il-post.

Kienet xena kerha ħafna meta uffiċjali ġarrew il-ġisem, imgeżwer f’liżar abjad, jittieħed lejn ambulanza. F’attentat biex forsi jsalva, ittieħdet saħansitra ambulanza bl-ajru, iżda kien kollu għalxejn.

Minkejja l-makabrità tal-inċident, il-Pulizjia qed teskludi li seta’ kien xi ħaġa oħra ħlief inċident.

Aqra aktar

Wara li r-Renju Diżunit joħroġ mill-Ewropa, x’imiss ?

Ftit kienu jobsru li David Cameron kellu jkun il-Prim Ministru Ingliż li qasam il-partit konservattiv, sfaxxa karriera politika, ta bidu għal proċess biex jiżżarma r-Renju Unit u ħoloq kriżi fl-Unjoni Ewropea li tista’ twassal għat-tmiem ta’ kif nafuha llum. Ħareġ għonqu f’attentat biex isalva kollox imma ġietu ħażin. Kif qal il-Guardian, ġurnal xellugi Ingliż, Cameron tilef u tellef kollox bil-kbir.

Aqra aktar

Mozzjoni ta’ sfiduċja f’Corbyn

Żewġ deputati tal-Partit Laburista Ingliż għamlu mozzjoni ta’ sfiduċja fil-mexxej laburista, Jeremy Corbyn. Margaret Hodge u Ann Coffey kitbu liċ-ċermen tal-grupp parlamentari Laburista u qalu li din il-mozzjoni għandha tkun dikussa nhar it-Tnejn.

Aqra aktar

Ma nafux kemm se jivvotaw Maltin

Il-Ħamis li ġej ser ikun qed isir referendum importanti li jiddetermina jekk l-Ingilterra hux ser tibqa membru tal-Unjoni Ewropea. F’kummenti lil one.com.mt, il-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra spjegat li m’għandiex statistika tan-numru ta’Maltin li joqgħodu fir-Renju Unit li huma eliġibbli jivvotaw.

Il-Kummisjoni spjegat kif kull persuna li għandha minn 17-il sena ‘l fuq u tgħix fl-Ingilterra, l-Irlanda ta’ Fuq u Wales tista’ tirreġistra biex tivvota. Iżda biex ikun eliġibbli l-votant irid jagħlaq 18 sal-ġurnata tar-referendum.

Aqra aktar

Iċ-ċittadini Ewropej għandhom jikkunsidraw isiru Brittaniċi?

Dawn huma żminijiet diffiċli mhux biss għal 2.9 miljun ċittadin li llum qiegħdin jgħixu u jaħdmu l-Ingilterra minkejja li twieldu f’pajjiżi Ewropew oħra, iżda anke għal dawk il-Brittaniċi li qiegħdin jaħdmu f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea.

Id-dritt tal-moviment liberu jipermetti liċ-ċittadini Ewropej biex imorru jaħdmu f’pajjiż membru ieħor. Iżjed minn 2 miljun ċittadin Ewropew għażel li jmur jaħdem r-Renju Unit.

Aqra aktar

Send this to a friend