infurzar – One News

“Il-ħidma tal-Forzi tal-Ordni fil-Marsa bdiet tħalli l-frott”

Is-sitwazzjoni dwar l-immigranti fil-Marsa jidher li qegħda taħt kontroll bis-saħħa ta’ ħidma sfieqa li qegħdin iwettqu l-forzi tal-ordni.  Innota dan is-Sindku tal-Marsa s-Sur Frans Debono, wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat appella biex tissaħħaħ is-sigurtà permezz ta’ preżenza akbar ta’ Pulizija.

Is-Sindku tal-Marsa nnota tnaqqis fin-nies jitlajjaw għax-xogħol wara bosta spezzjonijiet mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni kull filgħodu fil-Marsa. Huwa qal kif is-sitwazzjoni qegħda f’ċirkostanza li l-Poplu Marsi kienu ilu jixtieqa, u li jispera li dawn il-kontrolli jibqgħu jsiru sakemm tiġi stabbilita l-lokalità, u ma jfissirx li la darba tiġi stabbli, ma jibqgħux isiru l-kontrolli.Aqra aktar

Azzjoni t’infurzar f’Wied Bibli

Għat-tieni darba d-Direttorat tal-Infurzar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar ħa azzjoni diretta f’ żona  karatterizata minn art agrikola u li tgawdi diversi livelli ta’ konservazjoni ta’ importanza nazzjonali, fostom  ekoloġiku,  xentifiku u rurali.Aqra aktar

Iċ-chairman tal-MTA dwar l-infurzar fuq il bajjiet

Is-Sibt filgħodu l-awtoritajiet ħadu passi bil-għan li l-operaturi fuq il-bajja tal-Armier ikunu konformi mal-permessi li għandhom u l-bajja ingħatat lill-pubbliku li għandu jkollu l-għażla jekk jagħmilx użu mill-faċilitajiet li jikru huma u jekk le m’għandux jispiċċa mingħajr post fuq il-bajja.

F’operazzjoni mill-Awtorità tat-Turiżmu u l-Awtorita tal-Artijiet tneħħew għexieren ta’ deckchairs u umbrelel minn fuq il-bajjiet tal-armier u little armier. Saħansitra fi stqarrija tal-Awtoritajiet qalu li tgħabbew mal-ħames trakkijiet t’umbrelel u deckchairs miġbura kienu qed jiksru r-regoli tal-permessi tal-bajjiet.

Ic-chairman tal-Awtoritá tat-Turiżmu, Gavin Gulia, spjega kif qabel  ittieħdet din l-azzjoni, l-operaturi tal-istabilimenti kienu mwissija kemm il-darba biex isegwu r-regoli u l-kundizzjonijiet.

Aqra aktar

Send this to a friend