infrastruttura – Page 2 – One News

Notifiki

Il-baġit se jkompli jtejjeb l-infrastruttura

Fost il-166 miżura fil-baġit għas-sena d-dieħla, hemm uħud li se jkomplu jtejbu l-infrastruttura tal-pajjiż.

Fi Triq il-Kunvent f’Ħaż-Żabbar, waħda mit-toroq li tlestiet dan l-aħħar bħala parti mill-proġett ta’ €700 miljun, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg tkellem dwar il-miżuri li se jkomplu jindirizzaw l-isfidi fit-toroq Maltin u Għawdxin. Aqra aktar

Titjib fi 18-il junction tul is-sajf li għadda

Ix-xogħol ta’ titjib li sar fit-toroq u junctions ta’ pajjiżna tul dan is-sajf sewa lill-Gvern €17-il miljun. Dan qalu l-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg waqt konferenza stampa fejn ta spjagzzjoni ċara dwar ix-xogħlijiet li infrastrutturali li saru. Aqra aktar

Infrastruttura tinbidel minn lejl għal nhar

Il-Prim Ministru f’attività politika fil-Marsa tkellem ukoll dwar kif l-infrastruttura tal-pajjiż qed tinbidel minn lejl għal nhar. Saru u qed isiru proġetti kbar u oħrajn iżgħar fejn is-sena d-dieħal se jsiru 120 triq residenzjali.

Aqra aktar

Inizjattivi ta’ għajnuna biex jinxtraw vetturi elettriċi filwaqt li titkompla tittejjeb l-infrastruttura

Sal-2030 il-vetturi ġodda li jinxtraw jew jinkrew mis-settur pubbliku u minn entitajiet pubbliċi oħrajn iridu jkunu dawk li ma jiġġenerawx emissjonijiet fl-arja, iddikjara l-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima Josè Herrera għan-nom tal-Gvern Malti waqt il-Global Climate Action Summit f’San Francisco, l-Istati Uniti.

Aqra aktar

It-triq mill-Marsa Ħamrun Bypass għall-Imrieħel tinfetaħ minn għada

Il-bini mill-ġdid tat-triq li tgħaqqad il-Marsa-Ħamrun Bypass mal-Imrieħel Bypass miexi b’ritmu mgħaġġel, tant li din l-arterja ewlenija mistennija terġa tinfetaħ għas-sigħat ta’ matul il-jum minn għada t-Tlieta.

Din it-triq, li tintuża biex meta tkun għaddej mill-Marsa-Ħamrun Bypass, mid-direzzjoni tal-Masra ddur lejn l-Imrieħel Bypass fid-direzzjoni ta’ Ħ’Attard, ingħalqet it-Tnejn filgħodu sabiex tinbena b’pedamenti u asfalt ġodda bħala parti mill-aħħar xogħlijiet tal-proġett tat-twessigħ tal-istess Marsa-Ħamrun Bypass.Aqra aktar

Bil-Filmat: Jitqatta’ l-aħħar metru u nofs miċ-ċumnija ta’ Delimara

B’għoli ta’ 50 sular, iċ-ċumnija f’Delimara, dik li xi darba kienet l-itwal struttura f’pajjiżna għebet darba għal dejjem hekk kif inħattet kollha bi proċess li ħa madwar sena.

Kif jixhdu l-filmati ta’ ONE News, l-inġiniera u l-ħaddiema tal-kostruzzjoni qed jagħtu l-aħħar daqqa ta’ mannara liċ-ċuminja li għal snin twal kienet ta’ deterrent għan-nofsinhar ta’ pajjiżna b’snin twal ta’ tniġġis kkawżat mil-heavy fuel oil.Aqra aktar

Send this to a friend