influwenza – One News

Notifiki

‘Il fuq minn 90,000 persuna ħadu l-vaċċin tal-influwenza

‘Il fuq minn 90,000 persuna ħadu l-vaċċin tal-influwenza f’ġimgħa waħda biss.

Dan tħabbar fi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa fejn inqtal li l-kampanja favur it-tilqima tal-influwenza din is-sena kienet effiċjenti tant li mill-100,000 vaċċin li waslu f’Malta sa issa diġà ttieħdu ‘l fuq minn 90,000 minnhom, minn persuni vunerabbli u frontliners.Aqra aktar

Ta’ kull sena 130 persuna jmutu bl-influwenza 

L-Għaqda Dinija tas-Saħħa, tistma’ li f’pajjiżna ta’ kull sena jkollna madwar 130 mewta kawża tal-influwenza u pnemonite.Aqra aktar

Minn għada jibda t-tilqim kontra l-influwenza

Minn għada jibda jingħata t-tilqim b’xejn kontra l-influwenza. Għal dan il-għan il-Gvern ordna 100,000 doża ta’ vaċċin bi spiża ta’ ftit inqas minn nofs miljun ewro. L-ewwel tilqim se jingħata lil dawk il-persuni meqjusin ta’ riskju għoli, tfal ta’ taħt il-ħames snin, persuni ta’ età minn 65 sena ’l fuq, persuni b’mard kroniku, u persuni li jagħtu servizz f’istituzzjonijiet magħluqin. It-tilqim se jingħata miċ-ċentri tas-saħħa u mill-kunsilli lokali u mat-tieni ġimgħa jibda jingħata lil kulħadd. Aqra aktar

L-eqqel tal-influwenza se jintleħaq il-ġimgħa d-dieħla u jibqa’ sejjer sa’ April

Aktar minn 40,000 persuna madwar l-Ewropa jmutu bl-influwenza bil-maġġoranza tagħhom ikunu persuni vulnerabbli bħal anzjani u pazjenti morda b’mard kroniku.

Is-Supretendent għas-saħħa pubbliku, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn tagħrif li ġabru mit-tobba tal-familja, jidher li l-passa din is-sena bdiet bil-mod iżda mistnnija tilħaq il-qofol tagħha l-ġimgħa d-dieħla.Aqra aktar

Tibda tingħata t-tilqima tal-influwenza

Fl-ewwel sagħtejn li bdiet tingħata t-tilqima bla ħlas tal-influwenza fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana, tlaqqmu aktar minn 250 persuna.

Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne meta t-Tnejn, l-anzjani, it-tfal u nies b’mard kroniku – meqjusa bħala l-aktar vulnerabbli f’pajjiżna, bdew jingħataw din it-tilqima b’xejn fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha f’Malta u Għawdex. Aqra aktar

Agħtti ħalqek u aħsel idejk. Wasal żmien l-influwenza!

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li ġew ordnati 100,000 tilqima tal-influwenza hekk kif dieħlin ix-xhur xitwin li jġibu magħhom il-mard. Għal sena oħra, tnediet kampanja favur it-tilqima tal-influwenza. Wara s-suċċess tal-kampanja tas-sena l-oħra fejn tlaqqmu 93,000 persuna, din is-sena kibret il-mira għal 100,000 persuna.

It-tilqima se tingħata b’xejn miċ-ċentri tas-saħħa mill-15 sas-27 ta’ Ottubru għal persuni vulnerabbli bġal tfal sa ħames xhur, anzjani, u nies milquta minn mard kroniku bħad-dijabete.Aqra aktar

Send this to a friend