Notifiki

Iċ-Ċilì f’lockdown mill-ġdid wara żieda qawwija fl-infezzjonijiet

Iċ-Ċilì ħabbar lockdown fil-kapitali Santiago fost żieda qawwija fl-infezzjonijiet ta’ COVID-19, minkejja li kważi sittin fil-mija tal-popolazzjoni hija kompletament imlaqqma.

Aktar minn tmien miljun persuna li jgħixu fil-kapitali jridu jibqgħu d-dar mis-Sibt li ġej.

Il-Ħamis, f’jum wieħed biss, iċ-Ċilì rreġistrat kważi tmint elef infezzjoni, li l-maġġoranza tagħhom huma persuni li mhumhiex kompletament imlaqqma.

Is-sodod fl-isptarijiet huma kważi kollha mimlija, bl-uffiċjali qegħdin iwissu li s-sistema tas-saħħa fil-pajjiż tinsab qrib li tikkollassa.

L-età medja ta’ dawk infettati din il-ġimgħa hi ta’ kważi 39 sena… l-anzjani protetti bil-vaċċin – il-Prof. Gauci

Il-Professur Charmaine Gauci rrimarkat li l-età medja ta’ persuni li ħadu l-infezzjoni tal-Covid-19 din il-ġimgħa kienet ta’ 38.9 sena.

Xi ħaġa pożittiva li fi kliem is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, turi li l-anzjani u dawk l-aktar meqjusa vulnerabbli fis-soċjetà, qegħdin jiġu protetti bil-vaċċin.

Fl-aġġornament mediku ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li n-numru ta’ każijiet fid-djar tal-anzjani qegħdin stabbli fid-dawl li l-maġġoranza tar-residenti u l-ħaddiema issa tlaqqmu.

Charmaine Gauci qalet li l-ikbar ammont ta’ każijiet trasmessi fl-aħħar ġimgħa, huma persuni mill-istess dar, attivitajiet soċjali u fuq il-post tax-xogħol.

 

Send this to a friend