Rachel Grech, l-infermiera li kienet l-ewwel persuna f’Malta li tlaqqmet kontra l-Covid-19, ħadet it-tieni doża tal-vaċċin tal-Pfizer, u issa hija kompletament imlaqqma kontra l-virus. Din ingħatatilha tliet ġimgħat eżatt wara li ħadet l-ewwel doża.Aqra aktar
“Ngħaddi messaġġ ta’ tama lill-Maltin u lill-Għawdxin kollha. Nispera li jsegwu l-eżempju tagħna u jieħdu dan il-vaċċin għax ovvjament il-ħajja f’dawn l-aħħar xhur inbiddlet ħafna. Kulħadd beda jesperjenza t-tbatija b’modijiet differenti u nixtieq li llum jekk xejn, jekk l-esperjenza ma kienet xejn nuru l-poplu Malti u Għawdxi li dan il-vaċċin huwa t-tama tagħna biex jgħinha f’dawn iż-żminijiet tant diffiċli.”Aqra aktar
L-infermiera. Il-persuna li toffri wens imprezzabbli lill-pazjent fl-isptarijiet u anke barra. Iżda ħafna jassoċċjaw ħidmet l-infermiera ma’ kura aktar tradizzjonali fl-isptar, u ftit jiftakru jew japprezzaw fil-vokazzjoni ta’ dawk l-infermiera li jispeċjalizzaw fis-saħħa mentali. Aqra aktar
Fil-jum internazzjonali ddedikat għall-infermiera, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, ħabbar li Malta kklassifikat bħala l-iktar pajjiż fl-Ewropa li żied in-numru ta’ infermiera fl-aħħar snin.
Fil-fatt, skont il-Eurostat, pajjiżna rreġistra l-akbar żieda fl-Ewropa kollha fl-għadd ta’ infermiera bejn l-2011 u l-2019.
Dan qalu d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet mal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN), fejn spjega li sal-lum pajjiżna għandu 3,500 infermier fis-settur publiku u li fil-ġimgħat li ġejjin mistennija jiggradwaw 162 oħra. Dan b’kuntrast mal-2,900 infermier li kellu pajjiżna lura fl-2013.
Id-Deputat Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-fatt li pajjiżna għandu fost l-iżgħar workforce tas-saħħa fid-dinja – li jfisser li iktar żgħażagħ qed jagħżlu din il-professjoni.
“Malta qed turi riżultati tajbin tul din il-pandemija għax tul is-snin investejna fil-qasam tas-saħħa – fost l-oħrajn investejna fl-infermiera u bi ħsiebna nkomplu nagħmlu dan”, qal id-Deputat Prim Ministru, filwaqt li rringrazzja lill-infermiera tax-xogħol impekkabbli u dedikat li qed jagħmlu f’dawn iż-żminijiet sensittivi.
Min-naħa tiegħu, il-President tal-Union tal-Qwiebel u l-Infermiera, l-MUMN, Paul Pace, ingħaqad mad-Deputat Prim Ministru u rringrazzja lill-infermiera li kienu flessibbli tul il-pandemija u għas-sagrifiċċji personali li għamlu biex ikunu ta’ servizz għall-komunità.
Appella lill-pubbliku biex isegwi l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa u jżomm lilu nnifsu protett għax fl-istess ħin ikun qed iżomm lill-infermiera protetti wkoll.
L-omm – dik li b’tant għożża ġġorr lil uliedha f’ġufha għal disa’ xhur. Hija wkoll l-ewwel persuna li tarbija ċkejkna titfa’ ħarsitha fuqha hekk kif tiftaħ għajnejha għall-ewwel darba f’din id-dinja.Aqra aktar
Aktar minn 2,000 persuna nqdew miċ-Ċentru ta’ Eċċellenza għall-Kura tal-Għajnejn fiċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Furjana mindu fetaħ il-bibien tiegħu f’April tas-sena l-oħra. Aqra aktar
Hekk iddeskriva l-mod kif ġie ppjanat il-baġit għall-2019, is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union Josef Bugeja li saħaq kemm permezz ta’ dan il-baġit, il-Gvern qed juri kemm huwa verament qrib il-ħaddiema:
“Diversi miżuri li qed jgħinu lil diversi faxex tan-nies. Għandek il-housing soċjali, il-kirjiet, il-pensjonanti, pensjoni tad-diżabilità, allowances, għajnuna medika lil min ma jiflaħx iħallas, edukazzjoni, estensjoni ta’ trasport b’xejn. Diversi miżuri biex ħadd ma jibqa’ lura fis-soċjetà tagħna”.