Notifiki

Diskussjonijiet mal-industrija tad-divertiment u l-arti biex jitfassal metodu responsabbli tat-triq ’il quddiem

Illum il-Gvern u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci iltaqgħu mar-rappreżentanti tal-Assoċjazzjoni tal-Arti u d-Divertiment fejn għaddejjin diskussjonijiet biex jitfassal metodu tat-triq ’il quddiem għall-industrija tad-divertiment u l-arti b’mod responsabbli u b’mod li ma tiġix ipperikolata s-saħħa tal-poplu.Aqra aktar

Ċelebrazzjoni tal-ħaddiema fl-industrija tal-films

Bit-tema “Industrija tal-Films Sostenibbli”, tnediet kampanja li se tiċċelebra l-ħidma li ssir fl-industrija tal-films f’pajjiżna u tħeġġeġ aktar persuni jingħaqdu fiha.

F’konferenza tal-aħbarjiet f’Fort Rikażli, li fih inġibdu diversi films popolari bħal Gladiator, il-Kummissarju tal-films Johann Grech qal li r-reputazzjoni ta’ Malta f’din l-industrija qed twassal għall-bini ta’ relazzjonijiet ma’ kumpaniji tal-films u studios rinomati.

Aqra aktar

L-industrija tal-kostruzzjoni tara żieda fil-valur miżjud – l-MDA tinnota r-reżiljenza waqt pandemija

Statistika uffiċjali tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika nnutat li s-sena l-oħra kien hemm żieda ta’ kważi 3% fil-valur miżjud gross fl-industrija tal-kostruzzjoni.

Dan meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.

B’reazzjoni għal dawn ir-riżultati, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi, l-MDA qalet li din l-istatistika tinnota r-reżiljenza fl-industrija tal-kostruzzjoni f’Malta fi żmien pandemija.

L-MDA qalet li l-kostruzzjoni qed tfisser li hija settur b’saħħtu fl-ekonomija Maltija u tqalla’ l-ħobża ta’ kuljum lil 50,000 ħaddiem.

Matul ix-xahar li għadda kompliet ix-xejra pożittiva u b’saħħitha fil-bejgħ tal-proprjetà hekk kif kien hemm żieda ta’ 27% fil-bejgħ waqt pandemija.

Fl-ewwel xahar tas-sena, ġew irreġistrati 1,157 konvenju għall-bejgħ ta’ propjetà.

Il-valur kien ta’ €274 miljun ewro.

L-MDA kienet qalet li dan huwa rekord ġdid għall-bejgħ tal-propjetà.

Dan għaliex meta mqabbel ma’ Jannar ta’ sentejn ilu kien hemm żieda ta’ 174 konvenju u żieda wkoll ta’ €59 miljun ewro fuq il-valur tal-proprjetà mibjugħa.

 

Bil-Filmat: 4 minn 5 operaturi tat-tonn fi ftehim għal baħar iktar nadif wara diversi lmenti

Il-Federazzjoni Maltija għall-Prodotti tal-Akwakultura laħqet ftehim ma’ 4 minn 5 operaturi tal-industrija tat-tonn, lkoll Maltin, li se jirregola l-proċeduri ta’ bejniethom fil-perjodu ta’ bejn Awissu u l-aħħar ta’ Ottubru biex ikollna baħar nadif. Il-Federazzjoni laħqet dan il-ftehim wara li semgħet l-ilmenti tan-nies u l-isfida li għandu l-Gvern li jżomm bilanċ bejn l-industrija u l-pubbliku.Aqra aktar

€556 miljun iktar f’esportazzjoni industrijali

Matul is-sena li għaddiet l-esportazzjoni industrijali żdiedet b’€556 miljun ewro. Dan huwa kkonfermat minn tagħrif tad-dwana li juri li fuq is-sena ta’ qabel kien hemm żieda ta’ 25%.

Fost is-setturi fejn kienet osservata żieda hemm prodotti tal-plastik, ġugarelli u farmaċewtika. Filwaqt li l-maġġor parti taż-żieda fl-esportazzjoni kienet lejn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea.

Fl-istess ħin stqarrija maħruġa mill-Ufficju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, tindika li wara li fl-2016 il-produzzjoni industrijali dejjem kienet ogħla mill-istess xahar sena qabel, f’Diċembru 2016 kien hemm tkabbir ta’ 4.7%.

Aqra aktar

Send this to a friend