Notifiki

Jitkellem wara li ra inċident iseħħ quddiem għajnejh

Persuna li għenet lil sewwieq involut fl-aċċident fil-Bypass tal-Imrieħel għamel appell fuq facebook biex isir jaf kif baqa’ wara li ttieħed l-isptar. Tkellimna miegħu.  Barra li fortunatament is-sewwieq issa qiegħed f’kundizzjoni tajba, l-persuna li tefa’ l-post kellu appell importanti li għamel lill-pubbliku. Aqra aktar

SIBT ISWED: IMUTU TLIET PERSUNI FIT-TRIQ

Sibt iswed. Tliet persuni tilfu ħajjithom f’inċidenti separati tat-traffiku li seħħew f’ħinijiet differenti tal-jum u postijiet differenti tal-pajjiż.  

L-ewwel inċident seħħ kmieni fil-għodu fil-Mellieħa meta għall-ħabta tas-siegħa u nofs karozza tat-tip Daihatsu Sirion baqgħet dieħla f’ambulanza tas-Soċjeta Maltija tas-Salib l-Aħmar fit-tela’ ta’ Selmun. 

Aqra aktar

Tnaqqis fin-numru ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol

In-numru ta’ inċidenti mhux fatali fuq il-post tax-xogħol tul l-ewwel nofs ta’ din is-sena jidher li naqsu b’19-il każ, 1.2%, dan meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena.

Fl-istess perjodu ġie rrappurtat li kien hemm każ wieħed li kien fatali, fejn dan wera tnaqqis ukoll meta kkumparat mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. Dan hekk kif fl-istess perjodu tas-sena 2016 ġew irrappurtati 4 każijiet li kienu fatali.

Aqra aktar

L-inċidenti tat-traffiku huma l-akbar qattiela ta’ żgħażagħ u tfal

L-inċidenti tat-traffiku huma l-ikbar kawża ta’ mwiet fost iż-żgħażagħ fuq skala globali, dan skont stħarriġ li sar mill-Organizazzjoni Dinjija għas-Saħħa, WHO.

Fl-2015, kien hemm aktar minn 1.2 miljun adoloxxent li tilef ħajtu, bl-inċidenti tat-traffiku kienu responsabbli għal wieħed minn kull għaxra minn dawn l-imwiet. Il-maġġoranza tal-imwiet fit-toroq kienu jinvolvu subien ta’ bejn l-10 u 19-il sena.

Aqra aktar

ATTENTI: Numru ta’ inċidenti fit-toroq Maltin

Fl-aħħar ħin it-toroq Maltin raw numru ta’ inċidenti.

Bl-ewwel inċident ikun dak fi Triq tal-Barrani, ż-Żejtun b’dawk li kienu fuq il-post ddeskrivewh bħala “inċident ikrah” iżda b’xorti tajba l-persuni nvoluta f’dan l-inċident ma ġarbu ebda ġrieħi u ngħataw l-assistenza fuq il-post.

Iżda inċident ieħor fil-Marsa ma kellux l-istess tmiem hekk kif b’passiġġiera ttieħdet l-isptar.

Aqra aktar

Inqas inċident fuq il-post tax-xogħol

  • REGOLI ĠODDA GĦAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI DIN IS-SENA

Filwaqt li Malta qed tesperjenza żieda fin-nies li qed jidħlu fid-dinja tax-xogħol qed jiġi nnutat tnaqqis fl-ammont ta’ ħaddiema li għal xi raġuni jew oħra jisfaw vittmi ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol.

Dawn il-fatti ġew maħruġa mir-rapport annwali tal-2016 mill-Awtorità Maltija għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol dwar il-qagħda ta’ inċidenti relatati fuq il-postijiet tax-xogħol kif ukoll il-passi li jittieħdu f’dan ir-rigward.

Fil-fatt, meta 12-il sena ilu l-ħaddiema li jaħdmu fuq bażi full u part time kienu jammontaw għal 169,511 u r-rata ta’ inċidenti f’dik is-sena kienet ta’ 4,936, l-2016 esperjenzat mhux biss rekord ta’ nies jaħdmu li jlaħħqu l-240,154 iżda ġiet irreġistrata l-inqas rata ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol f’dawn l-aħħar snin, preċiżament 3,028 każ.

Aqra aktar

Żomm għajnejk fuq it-triq għas-sewwieqa tal-muturi u ċ-ċiklisti!


Tnediet kampanja biex titqajjem kuxjenza dwar il-perikli li jiltaqgħu magħhom is-sewwieqa tal-muturi u ċ-ċiklisti, kampanja li tħejjiet minn Transport Malta u l-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq.Dawn huma s-sewwieqa l-aktar involuti f’aċċidenti serji, għalkemm huma ħafna inqas fin-numru. Fl-2016, 6% biss tal-vetturi rreġistrati Malta kienu muturi iżda 40% tal-fatalitajiet kienu sewwieqa tal-muturi, disgħa tilfu ħajjithom.  Wieħed minn kull tlieta li weġġgħu serjament kien sewwieq ta’ mutur.Għal dan il-għan, Transport Malta u l-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq iddeċidew li jiffukaw kampanja dwar l-interazzjoni fit-triq bejn is-sewwieqa tal-muturi, tal-karozzi u ċ-ċiklisti.  Il-kampanja tindirizza kemm lis-sewwieqa tal-muturi u r-roti kif ukoll tal-karozzi.  TM qed titlob lis-sewwieqa tal-muturi biex joqgħodu attenti u jkunu lesti għal kull manuvra fit-toroq, biex jilbsu ilbies protettiv u ma jsuqux b’mod eċċessiv.  Il-kampanja tindirizza wkoll lis-sewwieqa tal-karozzi. Is-sewwieqa tal-muturi u ċ-ċiklisti huma aktar diffiċli biex tarhom u għalhekk aktar vulnerabbli.  Għaldaqstant, il-kampanja titlob lis-sewwieqa tal-karozzi biex isuqu b’attenzjoni u jżommu d-distanza.
Aqra aktar

Send this to a friend