Notifiki

Argument bejn numru ta’ persuni f’Buġibba – Raġel l-isptar kawża ta’ ġrieħi f’rasu.

Raġel idaħħal l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li ġarrab ġrieħi f’rasu kawża ta’ argument bejn numru ta’ persuni barranin.

L-incident seħħ ghall ħabta tat-03.00 Ġimgħa filgħodu fi Triq biswit il-pjazza ta’ Buġibba. Fuq il-post marru numru sostanzjali ta’ Pulizija mir-Rapid Intervention Unit u tad-Distrett sabiex ikkalmaw is-sitwazzjoni bejn iż-żewġ gruppi involuti fl-argument.

Aqra aktar

Ħabta bejn mutur u karozza fis-Swatar

Persuna ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura wara ħabta bejn mutur u karozza fis-Swatar, viċin l-Isptar Mater Dei stess.

Jidher li kien hemm persuna oħra nvoluta fl-inċident, iżda ma sofriet l-ebda ġrieħi.

Il-Pulizija għadhom fuq il-post jinvestigaw il-każ.

Jieħu selfie waqt li qed isuq mutur

Minkejja li nisimgħu b’bosta inċidenti tat-traffiku anke minħabba nuqqas ta’ attenzjoni, xorta waħda ssib min lest li għal selfie jissogra ħajtu.

Il-persuna jidher jagħmel dan fil-junction tal-Kappara.

Ir-ritratti ttellgħu fuq il-paġna ta’ facebook: Safer Roads Malta.

Send this to a friend