Notifiki

Tfajla bi ġrieħi gravi wara ħabta f’Burmarrad

Tfajla ta’ 17-il sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara ħabta bejn żewġ karozzi aktar kmieni llum f’Burmarrad.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:30 fi Triq Burmarrad, Burmarrad, meta Hyundai l30 misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti Birkirkara ħabtet ma’ Toyota Avensis, misjuqa minn mara ta’ 30 sena. F’din tal-aħħar kien hemm żewġ tfajliet ta’ 17-il sena passiġġieri.Aqra aktar

Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ 4 sulari għoli f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Qawra

Libjan ta’ 35 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ 4 sulari minn sit ta’ kostruzzjoni fil-Qawra.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 12:10 fi Triq Andrew Cunningham fil-Qawra.

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza biex tieħu lill-vittma l-Isptar Mater Dei minnufih. Iktar tard ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud, li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti biex jgħinuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Traffiku f’Ħal Luqa kawża ta’ ħabta

Ħabta bejn trakk u taxi ftit tal-ħin ilu f’Ħal Luqa kkawżat it-traffiku fl-inħawi viċin l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Sa issa għad m’hemm ebda rapporti ta’ persuni feruti.

Is-sewwieqa huma mwissija jsuqu b’iktar attenzjoni minħabba t-traffiku li nġema’ kawża ta’ dan l-inċident.

Send this to a friend