Notifiki

Anzjan iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Ħal Qormi

Anzjan ta’ 70 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Ħal Qormi il-Ħadd waranofsinhar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:30 fi Triq il-Ħlas, Ħal Qormi, meta l-anzjan, li jgħix Ħaż-Żebbuġ, intlaqat minn karozza tat-tip Toyota Hilux misjuqa minn raġel ta’ 33 sena, residenti Ħal Qormi.Aqra aktar

BIL-FILMAT: “Le Grazzi, se nsuq”

“No thanks, I’m driving”. “Le grazzi, se nsuq.” Messaġġ skjett iżda ċar ta’ kampanja kontra x-xorb u s-sewqan.

F’konferenza tal-aħbarijiet fil-bidu ta’ xahar li matulu jiżdiedu l-okkażjonijiet tax-xorb minħabba l-festi, ġiet ikkwotata statistika li turi kif is-sena li għaddiet, f’pajjiżna mietu sbatax-il persuna f’ inċidenti tat-traffiku.Aqra aktar

Raġel isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq scaffolding fiż-Żejtun

Raġel ta’ 29 sena miż-Żejtun qed isofri minn ġrieħi gravi qara li waqa’ minn fuq scaffolding għoli ta’ madwar sular u nofs fiż-Żejtun.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16:00. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-istħarriġ tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadu għaddej

Send this to a friend