Ħass ħażin waqt is-sewqan iħalli konsegwenzi f’Bir id-Deheb

Inċident tat-traffiku seħħ fi Triq il-Labour, ħdejn il-Knisja tal-Ħniena.

Aktarx li persuna taha ħass ħażin hi u ssuq, b’konsegwenza li baqgħet dieħla f’karozzi li kienu pparkjati. Aktarx li kien hemm mill-inqas tliet karozzi li ntlaqtu.

Il-persuna li kienet qed issuq ittieħdet l-isptar Mater Dei.

Dan seħħ għal ħabta tal-ħdax u nofs ta’ dalgħodu.

 

 

Jassistu f’inċidenti fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta

Daħal fit-tieni xahar tiegħu l-proġett pilota tal-Malta Red Cross bl-isem “Community First Responder”.

Proġett li fl-iqsar ħin possibbli, qed jagħti l-assistenza f’każi t’emerġenza fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta.

Dan il-proġett kien possibbli grazzi għal madwar €25,000 f’fondi mill-iskema għal proġetti t’organizzazzjonijiet volontarji, biex investew f’vettura ġdida li qed twassalhom fil-post tal-inċident.Aqra aktar

Imħassba bl-inċidenti fatali

Meta mqabbel mal-ġirien Ewropej tagħna, in-numru ta’ fatalitajiet tal-inċidenti tat-traffiku f’ pajjiżna huma ferm inqas. Madanakollu, tnax-il fatalita f’ sebgħa xhur qanqlu r-reazzjoni ta’ bosta.

Aqra aktar

36 karozza reġistrata KULJUM

Fl-aħħar ta’ Ġunju li għadda, l-ammont ta’ vetturi reġistrati żdied b’rata medja ta’ 36 kuljum. Bejn April u Ġunju ħarġu 5,857 liċenzja ġdida. Il-maġġoranza ħarġu għall-karozzi tal-passiġġieri. Iżda nħarġu wkoll 1,055 liċenzja għall-muturi – żieda ta’ 57% fuq l-istess perjodu ta’ sena qabel.

Dan ħareġ minn ċifri ppublikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-istatistika. Bejn April u Ġunju, kien hawn 352,671 vettura liċenzjata, żieda ta’ kważi 1% fuq il-perjodu bejn Jannar u Marzu. Minn dawn, 79% kienu karozzi tal-passiġġieri, 13.7% kienu vetturi kummerċjali, 6.2% kienu muturi u inqas minn 1% kienu karozzi tal-linja u minibuses.

licencesd

Żewġ inċidenti fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu

Anzjan li kien passiġier f’karozza li kienet involuta f’inċident dalgħodu, sofra ġrieħi gravi. Ir-raġel ta’ 67 sena miż-Żurrieq flimkien max-xufier li huwa wkoll miż-Żurrieq u għandu 58 sena kienu f’karozza tat-tip Toyota Starlet.

Għal ħabta tat-3.15a.m., meta l-karozza kienet għaddejja minn Triq il-Qrendi direzzjoni lejn iż-Żurrieq tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla ġo ħajt ta’ dar. Ix-xufier li ndarab ħafif ukoll ittieħed l-isptar Mater Dei flimkien mal-passiġier, biex it-tnejn jirċievu l-kura medika.Aqra aktar

Send this to a friend