Notifiki

It-toroq Maltin raw 23 vittma

Fis-sena 2016 it-toroq raw 23 vittma li tilfu ħajjithom kawża ta’ inċidenti tat-traffiku. L-etajiet ivarjaw bejn is-sbatax-il sena u s-97 sena. Fosthom kien hemm 19-il Malti li minnhom kien hemm sitta ta’ sess femminili u tlettax ta’ sess maskili, wieħed Brittaniku ta’ sess maskili, wieħed Olandiż ta’ sess maskili, wieħed Libjan ta’ sess maskili u raġel li n-nazzjonalità mhux magħrufa.

Din l-informazzjoni ħarġet minn mistoqsija parlamentari li saret mid-deputat Anthony Agius Decelis lill-Ministru Carmelo Abela.

Esperti Maltin se jitħarrġu b’rabta ma’ inċidenti fl-ajru

Dak li ġara jumejn qabel il-Milied seta’ kellu konsegwenzi ferm agħar. F’każ li jseħħ xi forma ta’ inċident bl-ajru f’territorju Malti, jeħtieġ li esperti jkun mħarrġa, kemm għal dak il-ħin kif ukoll għal waqt l-investigazzjonijiet.

Intlaħaq ftehim bejn entità Maltija li twettaq ħidma b’rabta ma’ inċidenti fl-ajru, u entità simili Ingliża. Il-Maltese Bureau of Air Accident Investigation (BAAI) iffirmat ftehim mal-Air Accidents Invegstigation Branch fi ħdan id-Dipartiment tat-trasport fir-Renju Unit.

L-għan hu li ż-żewġ entitajiet jikkoperaw b’rabta ma’ inċidenti bl-ajru u l-investigazzjonijiet li jseħħu wara. Flimkien se jaqsmu esperjenzi u metodi f’diversi aspetti tekniċi. Se jiddiskutu l-użu ta’ għodda adattata u t-tip ta’ riċerka li qed issir u li teħtieġ issir.

Aqra aktar

Malta bl-INQAS ammont ta’ mwiet fit-toroq fl-UE

Skont l-Eurostat, is-sena li għaddiet 26,100 persuna mietet f’inċidenti fit-toroq madwar l-Unjoni Ewropea. L-iktar pajjiżi fejn kien hemm inċidenti fit-toroq fl-2015 kienu Franza, il-Ġermanja, l-Italja u l-Polonja.

Jekk nitkellmu dwar fatalitajiet, l-inqas ammont ta’ mwiet fit-toroq kienu reġistrati hawn Malta. Warajna hemm l-Iżvezja u r-Renju Unit. L-iktar pajjiżi fejn mietu nies fit-toroq kawża ta’ inċidenti kienu l-Bulgarija, il-Latvia u r-Rumanija.

Pero interessanti l-fatt li meta mqabbel ma’ sena qabel, ċioe l-2014, l-ammont ta’ vittmi f’inċidenti tat-traffiku żdiedu l-aktar f’Ċipru, il-Finlandja, il-Kroazja, l-Awstrija, l-Olanda, l-Islovenja u Malta.

Aqra aktar

Appell għal aktar attenzjoni fit-triq

Ta’ kuljum nisimgħu mhux biss b’inċidenti fit-toroq tagħna iżda naraw u nisimgħu stejjer ta’ hit and run. ONE News iltaqa’ ma’ vittma ta’ każ bħal dan proprju fis-sigħat li għaddew, li reġá qajjem l-appel għal aktar attenzjoni fit-triq u għal pieni aktar ħorox għal min jinaqabd jixrob u jsuq. Dawn il-każijiet jistgħu iwasslu biex persuna li tkun ħarġet mid-dar ma terġax tidħol lura u tħalli warajha familja.
Aqra aktar

Birkirkara bl-ikbar numru ta’ inċidenti tat-traffiku

  • L-ikbar numru ta’ inċidenti tat-traffiku bejn Lulju u Settembru seħħu f’Birkirkara
  • In-numru ta’ inċidenti rapportati naqas meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2015
  • In-numru ta’ persuni li weġgħu kawża ta’ inċidenti żdiedu
  • Il-maġġoranza tal-inċidenti kienu jinvolvu karozzi u muturi

Bejn Lulju u Settembru, f’pajjiżna kellna tmien aċċidenti tat-traffiku fatali, bl-akbar numru ta’ inċidenti, 293, jseħħu f’Birkirkara.

In-numru ta’ rapporti ta’ inċidenti ta’ traffiku fit-tielet kwart tas-sena kienu 3,809, li jfisser tnaqqis ta’ 7.4% meta kkumparat mal-istess perjodu fl-2015. Il-lokalitajiet tan-naħa ta’ fuq tal-port irreġistraw l-akbar numru ta’ inċidenti, 1,368, li jfisser 35.9% tal-inċidenti kollha.

screen-shot-2016-10-20-at-11-29-59

Aqra aktar

Bomba mill-istess ID

Il-bomba li tpoġġiet ma’ vann u li ħalliet raġel fil-periklu tal-mewt iktar kmieni din il-ġimgħa hija l-istess bħal bomba oħra li splodiet f’karozza sentejn ilu f’Marsaxlokk u ħallliet persuna mejta.

Żvelat dan il-gazzetta KullĦadd li ppubblikat dawn id-dettalji esklussibi fil-faċċata tal-ħarġa tal-Ħadd.
Aqra aktar

Send this to a friend