Notifiki

L-inċidenti tat-traffiku jonqsu bi kważi 15%

Fi sfond anki ta’ proġetti ta’ infrastruttura li għenu fit-tmexxija tat-traffiku fit-toroq tagħna, fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, l-inċidenti tat-traffiku fit-toroq ta’ pajjiżna naqsu bi kważi 15%.

Dan skont statistika ppubblikata mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO.Aqra aktar

Raġel ferut gravi wara li ttajjar minn karozza f’Ħal Lija

Raġel ta’ 36 sena minn San Pawl il-Baħar spiċċa fertu gravi wara li ntalaqt minn karozza f’Ħal Lija. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:15pm tal-Ħamis fi Triq il-Mosta, Ħal Lija, meta r-raġel intlaqat minn karozza tat-tip BMW Z4 misjuqa minn raġel ta’ 29 sena minn San Ġwann.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara ħabta ma’ karozza

Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara li dalgħodu intlaqat minn karozza misjuqa minn mara ta’ 40 sena minn Ħal-Balzan. L-nċident seħ għall-ħabta tas-7.30 am fi Vjal De Paule, Ħal Balzan.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li l-mara li kienet qed issuq karozza tal-għamla Opel Astra ħabtet ma’ mutur Yamaha li kien qiegħed jiġi misjuq minn raġel ta’ 62 sena minn Ħal Balzan ukoll.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Darbuha gravi biex jippruvaw jisirqulha l-basket

Ġermaniża sofriet ġrieħi gravi wara li żewġt irġiel ippruvaw jisirqulha l-basket fl-Imsida. Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 11:50 tal-Erbgħa filgħaxija meta fi triq Testaferrata, l-mara rreżistit liż-żewġt irġiel u kien f’dan il-mument li allegatament qalgħet daqqa ta’ oġġett iebes.  L-aggressuri ħarbu minn fuq il-post filwaqt li ssejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei biex tingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed issofri ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

18-il vittma f’17-il inċident tat-traffiku tul l-2018

Fis-sena 2018, it-toroq Maltin ħallew 18-il vittma fi 17-il inċident tat-traffiku, bi tmienja minnhom involvew mutur.

Din is-sena rat żieda fl-inċidenti fatali bil-mutur meta mqabbel mas-sena l-oħra. B’kollox, mietu sitt sewwieqa u passiġġiera.

L-ewwel żewġ inċidenti fatali bil-mutur seħħew f’Marzu, jum ‘il bogħod minn xulxin li inċidentalment seħħew ukoll fl-istess triq. L-aħħar inċident iseħħ fl-aħħar jiem tas-sena fi Triq Ħal-Qormi f’Ħal-Luqa.Aqra aktar

Send this to a friend