inċident – Page 70 – One News

Notifiki

Qrib xulxin aktar milli xtaqu

Ftit tal-ħin ilu żewġ vetturi kienu involuti f’inċident li jidher drammatiku, iżda li fortunatament irriżulta li ħadd ma weġġa’.

L-inċident seħħ fi Triq Aldo Moro direzzjoni lejn il-Furjana.

Ritratt: Glenn Zammit

Jibqa’ biss il-fdalijiet ta’ dak li kellu jwassal għall-mewt ta’ Matthew

L-iskiet fi Triq il-Kosta, il-post fejn is-sewwieq ta’ mutur, Matthew Caruana, fl-etá ta’ 25 sena tilef ħajtu. Kif jidher fir-ritratt u fil-filmati, f’dan il-post li kellu jtemm il-ħajja ħesrem ta’ dan iż-żagħżugħ mimli saħħa, jifdal biss il-fdalijiet tal-mutur li tant kien għal qalbu.

Hija xena ta’ qsiem il-qalb meta wieħed jara dak li għadda minnhu Matthew, rota f’tarf ta’ triq u fdalijiet tal-mutur f’tarf ieħor. Kienu bosta li esprimew l-emozzjoni u x-xokk tagħhom fuq facebook, bil-mijiet li kellhom biss kliem ta’ tifħir għal dan il-ħabib.

Diskussjoni ma’ taqta’ xejn hija dik dwar l-inċidenti li ta’ kuljum qed nisimgħu dwarhom, li fil-maġġoranza tagħhom jinvolvu mutur, propju tmient ijiem ilu, intilfet il-ħajja ta’ missier żagħżugħ, Barry Zammit, li kien vittma ieħor tat-triq.

Aqra aktar

Tittajjar mara f’Raħal Ġdid

Illum, ftit qabel is-sitta ta’ filgħaxija, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Tarxien, Paola.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li mara ta’ 84 sena, residenti Ħal Tarxien stess, kienet sfat milquta minn vettura tat-tip Daihatsu Terios li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 36 sena li wkoll toqgħod Ħal Tarxien.

Aqra aktar

Send this to a friend