inċident fatali – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Isofri ġrieħi gravi wara inċidient b’mutur

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant Andrija f’ Pembroke, għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ wara nofsinhar.

Il-Pulizija mid-Distrett ta’ San Ġiljan marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta li sar impatt bejn Suzuki Samurai misjuqa minn żgħażugħ residenti Pembroke stess, u mutur tat-tip Honda misjuq minn raġel ta’ erbgħin sena minn San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Kull inċident fatali jfakkru f’Menrick – ir-rakkont ta’ missier li jibża’ dejjem u ma jinsa qatt

Dak li ġara malli bdiet is-sena, bil-mewta traġika ta’ żagħżugħ Mosti f’inċident tat-traffiku, qanqal memorji lill-famlija Yeomans.

Binhom Menrick tilef ħajtu tnax-il sena ilu.

“Il-ħabta kienet fil-mina ta’ Santa Venera. Mietu tnejn, għalkemm tiegħi kien passiġġier. Kien għal Settembru, ġejjin minn tas-Sliema, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu” jirrakkonta missier Menrick, Godwin.

Aqra aktar

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi

Sewwieq ta’ mutur ta’ 31 sena mill-Imġarr qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku aktar kmieni dalgħodu.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja u nofs fi Triq Peter Paul Rubens kantuniera ma’ Triq Birkirkara f’Ħ’Attard.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien seħħ impatt bejn mutur tat-tip Kymco u karozza tat-tip Jaguar.

Iż-żagħżugħ t’erbgħa u għoxrin sena miż-Żurrieq li kien qed isuq il-karozza ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

FATALI: Tfajla ta’ 17-il sena tmut f’inċident tat-traffiku

Tfajla ta’ sbatax -il sena tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku dalgħodu fi Triq Mikiel Anton Vassalli. It-tfajla kienet fil-karozza ma’ ħuha li għal xi raġuni tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’ħajt. Fil-karozza kien hemm passiġġier ieħor li flimkien mas-sewwieq ittieħed l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa. Aqra aktar

Send this to a friend