inbid – One News

Notifiki

Id-Dipartiment tad-Dwana jerġa’ joffri għall-bejgħ diversi oġġetti

Id-Dipartiment tad-Dwana se jkun qiegħed jirċievi offerti ssiġillati għal xiri ta’ diversi oġġetti f’kundizzjoni tali kwali, ġarr u tneħħija tagħhom, fosthom 48 lott ta’ inbejjed u xorb alkoħoliku, 22 lott ta’ skrataċ, 12-il lott ta’ ħwejjeġ, 17-il lott ta’ żraben, 6 lottijiet ta’ aċċessorji elettriċi, kif ukoll diversi lottijiet ta’ basktijiet tat-tfal, kutri, ħajt tal-ħjata, tazzi tal-plastik, sinkijiet tal-idejn u njam.

Hemm offrut ukoll dgħajsa Shaft 34 Sport u Kit Car Chassis.

Aqra aktar

Id-dwieli affettwati ħażin min-nuqqas ta’ xita

In-nuqqas ta’ xita li niżlet fuq il-gżejjer Maltin din is-sena, affettwat ħażin lil madwar ħamsa u sebgħin fil-mija tad-dwieli f’pajjiżna li minnhom jinqata’ l-għeneb biex isir l-inbid. Aqra aktar

Imnedija edizzjoni oħra tal-Wine Appreciation Event

Il-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo nieda edizzjoni oħra tal-Wine Appreciation Event 2020, inizjattiva bl-għan ewlieni li tkompli tippromwovi s-settur tal-inbid f’pajjiżna u tkattar kult kulturali b’saħħtu fl-inbid f’pajjiżna.Aqra aktar

Ser titella’ festa ta’ nbid u ikel Malti f’Ħal Għaxaq

Wara s-suċċess ta’ dawn l-aħħar sentejn l-Għaqda Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq ser itella’ Maltese Food & Wine Festival f’Ħal Għaxaq nhar il-Ġimgħa 13 u s-Sibt 14 ta’ Settembru mis-7:30 ta’ filgħaxija ‘l quddiem.

Waqt dan il-Festival ser ikun hemm varjetà ta’ platters b’ikel tipikament Malti fosthom laħam taż-żiemel, fniek, majjal, bebbux, arjoli, bigilla, ġbejniet t’Għawdex, zalzett tal-Malti, mqaret u ħafna iktar. Dawk kollha li jattendu ħa jkollhom għażla sħiħa ta’ ikel minn fejn jagħżlu fejn żgur li se jintlaqtu l-gosti ta’ kulħadd, bl-unika limitazzjoni tkun li l-iklel kollu servut se jkun ikel Malti.

Platt ikel Malti ma jkunx komplut jekk miegħu ma tixrobx daqxejn inbid tajba u waqt dan il-Festival se jkun hemm verjetà kbira t’inbid Malti, prodott minn Delicata Winery, minn fejn wieħed jista’ jagħżel skont il-preferenza tiegħu. B’kollox se jkun hemm madwar 14-il tip differenti t’inbid minn  fejn wieħed jagħżel.

Minbarra l-ikel u l-inbid li wieħed jista’ jgawdi waqt dan il-festival se jkun hemm ukoll stands  bi prodotti tal-ikel magħmula lokalment. Dawk kollha li jattendu se jkunu jistgħu iduqu u jixtru biex igawduhom fi djarhom.

Din l-attività ser issir fi Pjazza Santu Rokku ġewwa Ħal Għaxaq, fejn hemm spazju tajjeb ħafna biex wieħed jiġi u minbarra li jgawdi l-ikel u l-inbid jitpaxxa bid-divertiment lokali li se jkompli jpaxxi l-widna ta’ dawk li jattendu. Fost il-mistednin speċjali għal dan il-festival hemm il-grupp Stereotipi, Ben Purple ta’ Verna Folk Band u Raquel.

Id-Dħul għal dan il-festival huwa mingħajr ħlas fejn kulħadd ikollu faċilità huwa mingħajr ħlas fejn imbagħad kulħadd ikollu l-faċilità li jixtri mill-istands li se jkun hemm ippreparati.

Biex iżżomm ruħek aġġornat bl-aħħar informazzjoni dwar din l-ewwel edizzjoni tal-festival tal-inbid u ikel Malti inħeġġuk tidħol fil-paġna ta’ Facebook Maltese & Wine Festival.

 

 

Mid-dwieli ta’ taħt l-Imdina għat-tazza tal-kristall


Apparti btala sabiħa f’nofs is-sajf, din il-ġimgħa mmarkat ukoll il-bidu tal-perjodu tal-ħsad tal-għeneb.

Taħt id-dell tal-belt is-siekta tal-Imdina ONE News żar l-għelieqi tad-dwieli tal-familja Cortis li tul dawn l-aħħar 30 sena pperfezzjonaw ix-xogħol tat-tkabbir tal-għeneb.

Carmel Cortis, espert li waqgħetlu żokortu fl-għalqa spjegalna li x-xogħol fuq id-dwieli tal-għeneb ma jieqafx u sostna li din il-ħidma hija waħda intensiva u delikata.  Aqra aktar

Send this to a friend