Fil-Brażil mietu aktar minn erbat elef persuna waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19 fl-aħħar 24 siegħa, għall-ewwel darba mindu l-pajjiż inħakem mill-pandemija. Dan anke minħabba każijiet attivi tal-varjant tal-virus.Aqra aktar

Fil-Brażil mietu aktar minn erbat elef persuna waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19 fl-aħħar 24 siegħa, għall-ewwel darba mindu l-pajjiż inħakem mill-pandemija. Dan anke minħabba każijiet attivi tal-varjant tal-virus.Aqra aktar
Minn nhar it-Tnejn li ġej il-Bulgarija se tkun qed tagħlaq l-iskejjel, ristoranti u ċentri tax-xiri għal għaxart ijiem.Aqra aktar
Il-Kamra tal-Kummerċ laqgħet il-miżuri li ħabbar il-Gvern biex tkompli tiġi mrażżna l-imxija u appoġġjat lill-awtoritajiet fid-deċiżjonijiet meħuda.
Il-Kamra tal-Kummerċ appellat lill-membri kollha tagħha u lill-membri tal-komunità kummerċjali tal-pajjiż biex jiġbdu ħabel wieħed sabiex il-pajjiż joħroġ minn din il-pandemija.
Fis-stqarrija, il-Kamra tal-Kummerċ saħqet lill-membri kollha biex josservaw il-protokolli kollha ta’ distanza soċjli u inkoraġġiet li fejn huwa possibli n-nies jaħdmu b’mod virtwali.
Matul il-jum tas-Sibt, il-Pulizija ħarrket diversi persuni li ħarġu jiċċelebraw ir-rebħa ta’ Ħamrun Spartans u kisru r-regolamenti maħruġa kontra l-imxija tal-COVID-19.
Il-Pulizija kkonfermat dan fi stqarrija fejn fiha qalet ukoll li apparti għaċ-ċelebrazzjoni fil-Ħamrun, il-Pulizija mmultat ukoll numru ta’ persuni li kienu fi spazji pubbliċi bħal promenades u li kienu fi gruppi akbar minn dak li suppost.
ONE News jinsab infurmat li l-ewwel għan tal-Pulizija fil-Ħamrun kien li tferrex il-gruppi ta’ nies li nġabru qaqoċċa u wara ftit ġie kollox taħt kontroll, tant li filgħaxija kienet lejla kwieta.
Matul l-aħħar jiem intensifikat il-ħidma t’infurzar madwar il-gżejjer Maltin, bil-forzi tal-ordni, uffiċċjali mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u spetturi tas-Sanità għamlu diversi rondi madwar il-pajjiż kollu fosthom f’residenzi privati.
Fl-istqarrija l-Pulizija qalet ukoll li dawn ir-rondi diġà bdew matul il-ġurnata tal-Ħadd fosthom f’postijiet fejn isiru l-picnics u postijiet oħra li jiffrekwentaw in-nies.
Il-Pulizija qalet li jekk xi ħadd jara min jikser id-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa b’rabta mal-imxija, wieħed jista’ jirrapporta billi jċempel fuq 21 224 001.
AQRA WKOLL
Is-Sibt filgħaxija, spetturi tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ħadmu bla waqfien biex wettqu spezzjonijiet fi stabbilimenti u raw li dawn qed josservaw il-miżuri mħabbra mill-awtoritajiet tas-saħħa biex tkompli tiġi mrażżna l-imxija.Aqra aktar
L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Mediċina Pubblika laqgħet il-miżuri mħabbra mill-Gvern u l-awtoritajiet tas-saħħa nhar il-Ħamis li għadda biex tkompli tiġi mrażżna l-imxija tal-Covid-19 u tenniet l-appoġġ tagħha lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.Aqra aktar
Il-Professur Charmaine Gauci rrimarkat li l-età medja ta’ persuni li ħadu l-infezzjoni tal-Covid-19 din il-ġimgħa kienet ta’ 38.9 sena.
Xi ħaġa pożittiva li fi kliem is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, turi li l-anzjani u dawk l-aktar meqjusa vulnerabbli fis-soċjetà, qegħdin jiġu protetti bil-vaċċin.
Fl-aġġornament mediku ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li n-numru ta’ każijiet fid-djar tal-anzjani qegħdin stabbli fid-dawl li l-maġġoranza tar-residenti u l-ħaddiema issa tlaqqmu.
Charmaine Gauci qalet li l-ikbar ammont ta’ każijiet trasmessi fl-aħħar ġimgħa, huma persuni mill-istess dar, attivitajiet soċjali u fuq il-post tax-xogħol.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech mar barra Kastilja jippolitiċizza l-Covid-19.Aqra aktar
Għall-ħabta tan-12:30, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci se tindirizza konferenza tal-aħbarijiet bl-aħħar dettalji dwar l-imxija tal-Coronavirus f’pajjiżna.Aqra aktar
Send this to a friend