Notifiki

AĠĠORNAT: L-investigazzjoni għal splussiv taħt karozza fl-Imsida tirriżulta fin-negattiv

Għall-ħabta tas-1:30 ta’ waranofsinhar, il-pulizija ġew infurmati li ma’ qiegħ ta’ karozza tat-tip Toyota Passo kien hemm kaxxa mwaħħla bit-tape b’suspett ta’ bomba.

Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li din l-kaxxa ma kinitx bomba.

Il-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet sabiex jaraw x’seta’ possibbilment qajjem suspett.

Il-PL jżomm l-Imsida

Margaret Baldacchino Cefai ġiet ikkonfermata sindku tal-Imsida mill-ġdid hekk kif il-Partit Laburista reġa’ rebaħ it-tmexxija ta’ dan il-Kunsill Lokali.

Hawnhekk il-Partit Laburista kiseb ħames siġġijiet, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb erba’ siġġijiet.

BIL-FILMAT: Żewġ flyovers ġodda għall-Imsida

Żewġ flyovers ġodda se jkunu introdotti minflok it-traffic lights junction fl-Imsida li tgħaqqad il-Marina, Triq il-Wied tal-Imsida u Triq Mikiel Anton Vassallo. Dan il-proġett bl-isem ‘The Msida Creek Project’   se jkun qed joħloq iżjed spazju miftuħ u ta’ rikreazzjoni  viċin il-Monument tal-Ħaddiema u 100 spazju ta’ parkeġġ ġdid.

Aqra aktar

Għada filgħodu se tingħalaq parti minn Triq il-Wied fl-Imsida biex isiru xi xogħlijiet

Mill-5:00am ta’ għada s-Sibt, se tibda fażi ġdida tal-pont ta’ Triq il-Wied tal-Imsida, li fuqu tgħaddi Triq Reġjonali. Dan ikkonfermatu l-Aġenzija tal-Gvern Infrastruttura Malta, li żiedet tispjega kif bħala prekawzjoni, il-parti ta’ Triq il-Wied ta’ taħt il-pont se tkun magħluqa sal-4:30pm tas-Sibt stess. Sewwieqa li bi ħsiebhom jgħaddu mill-inħawi f’dawn il-ħinijiet huma mitluba jsegwu t-tabelli temporanji li se jkun hemm fil-qrib.Aqra aktar

Missier imut f’nirien f’appartament fl-Imsida

Joe Dimech missier ta’ 70 sena tilef ħajtu traġikament, wara li nqabad f’appartament li nħakem minn nirien kbar kawża ta’ splużjoni ta’ ċilindru tal-gass, fl-appartament tiegħu fl-Imsida.

Kien għall-ħabta tas-7.00am, meta nstemgħet spluzzjoni mir-raba sular ta’ blokka ta’ appartamenti fi Triq Oscar Zammit, ħdejn il-Junior College.

Aqra aktar

Send this to a friend