immigranti – Page 9 – One News

Notifiki

Jaslu Malta 114-il immigrant

Waslu f’Malta mija u erbatax –il immigrant li kmieni dalgħodu ġew salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta madwar tlieta u ħamsin mil nawtiku l-barra mill-kosta Maltija.

Mal-wasla tagħhom f’Xatt it-tiben fil-Furjana huma ttellgħu fuq il-vannijiet tal-pulizija biex minn hemm jibda l-proċess t’identifikazzjoni ta’ kull immigrant.

Il-Gvern Malti fi Stqarrija irreaġixxa għal operazzjoni ta’ salvataġġ oħra mill-bastiment MV Lifeline u spjega li Malta ma kinitx l-awtorità kompetenti biex tikkordina din l-operazzjoni u għalhekk m’għandha l-ebda obbligu legali biex tipprovdi l-arranġamenti għall-post sigur.

Aqra aktar

Spanja ssalva 600 migrant

Il-gwardja tal-Kosta Spanjola spjegat li f’temp ta’ erbgħa u għoxrin siegħa salvat mas-sitt mitt migrant li ppruvaw jaqsmu lejn l-Ewropa mill-Marokk.

L-uffiċjali Spanjoli qalu li wħud mill-immigranti ġew salvati minn fuq dgħajjes għamla ta’ ċatri bil-pedali u saħansitra minn fuq jet ski.

Sostnew li fost l-immigranti salvati kien hemm ħamsa u tletin tifel u tifla u tarbija.

Aqra aktar

FILMAT: Numru ta’ immigranti jaslu f’bajja mimlija nies fi Spanja u jaħarbu mill-Awtoritajiet

Waqt li kienu fuq bajja fi Spanja, numru ta’ persuni raw xena mhux tas-soltu dan hekk kif fil-bajja daħal dinghy li fuqu kellu numru ta’ immigranti Afrikani.

Fil-filmat, l-immigranti jidhru jiġru kemm jifilħu biex mal-wasla tagħhom jaħarbu mill-Awtoritajiet. Fil-fatt, l-immigranti rnexxilhom jaħarbu qabel ma waslu l-Awtoritajiet Spanjoli fuq il-post. Il-filmat ittieħed minn turist li kien fuq il-bajja fil-ħin li l-immigranti qabżu fil-baħar minn fuq id-dinghy.

Aqra aktar

Send this to a friend