Notifiki

Jinstabu l-iġsma ta’ 34 immigrant

Fi stqarrija tal-gvern tan-Niger, intqal li l-iġsma ta’ 34 immigrant, għoxrin minnhom tfal, instabu fid-deżert tas-Sahara viċin il-fruntiera mal-Alġerija.

Huma nstabu fil-belt żgħira Assamakka.

Il-Ministru tal-Intern qal li jidher li huma mietu bl-għatx wara li kienu abbandunati minn traffikant. Qal li disgħa mill-adulti kienu nisa u ħamsa kienu rġiel.

Aqra aktar

Tfal minn wara gradi twal tal-ħadid: “Imma għala ma tridniex?”  

Mal-wasla tagħha f’wieħed mill-kampijiet tar-refuġjati li hemm mal-fruntiera bejn is-Sirja u t-Turkija, kienet milqugħa minn Sabha. Tifla ta’ għaxar snin. Ħarbet mis-Sirja flimkien ma’ familtha ftit tax-xhur ilu. Kellmitha bl-Għarbi u weġibtha bil-Malti. Irrakkuntatilha dwar l-iktar lezzjoni favoritha tagħha fl-iskola fejn qed tmur bħalissa fit-Turkija.

Imxiet maċ-ċkejkna id f’id madwar fil-madwar tal-kampijiet. Il-bqija tat-tfal bdew jinġabru magħhom. Fosthom kien hemm erbgħa li qabdu ma’ saqajha. Iddispjaċiha li ma kellha xejn fuqha – ħelu jew ġugarelli – x’tagħtihom. Iżda tifla mfarfra qaltilha: “Mhux problema. Imħabba u attenzjoni kulma jridu.”

Aqra aktar

“Għannaqtha, daqslikieku kienet għadha ħajja”

Ritratt ta’ tarbija bla ħajja f’idejn ħaddiem tas-salvataġġ Ġermaniż qed tagħfas il-qlub u tqanqal kuxejnza.

L-organizazzjoni Ġermaniża Sea-Watch, li tieħu ħsieb dgħajsa ta’ salvataġġ bejn il-Libja u l-Italja, xerdet dan ir-ritatt onlajn.

It-tarbija ma jidhirx li għandha aktar minn sena. Ittellgħat mill-baħar nhar il-Ġimgħa wara li d-dgħajsa li kienet fuqha għerqet, b’konsegwenza li mietu mill-inqas 45.

“Kienet qisha pupa, b’idejha miftuħa” qal il-ħaddiem li ħaddanha f’dirajgħ.

Aqra aktar

F’ġimgħa għerqu 700 qrib tagħna

L-aġenzija tar-refuġjati fi ħdan il-Ġnus Magħquda għadha kemm qalet li matul din il-ġimgħa mas-seba’ mitt immigrant tilfu ħajjithom wara li għerqu viċin il-kosta Libjana.

Filfatt matul dawn l-aħħar jiem ġew rapurtati numru ta’ każijiet fejn intalbet l-assistenza tat-task force tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-iskwadra marittima Taljana wara li dgħajjes mimlija bl-immigranti dehru jiltaqgħu ma’ diffikultajiet kbar bejn sema’ u ilma.

Aqra aktar

Eluf mitluba jiċċaqalqu iżda ma jridux

Eluf ta’ immigranti li kienu maqdbua f’kamp fil-Greċja qed ikunu mċaqalqa minn kamp bl-isem ‘Idomeni’ fil-konfini tal-Maċedonja.

L-għan hu li jittieħdu lejn faċilitajiet aktar dinjitużi u sostenibbli – iżda ħafna ma jridux jafu.

Ċaqliq ikun ifisser li jersqu aktar ‘l bogħod mill-fruntiera li tant jixtiequ jaqsmu. Awtoritajiet Griegi jemmnu li l-fatt li jinsabu f’Idomeni jħajjar lil min għandu interess fit-traffikar ta’ persuni.

Aqra aktar

Lejn il-bidla fir-regoli ta’ Dublin

Il-Kummissjoni Ewropea preżentat proposti għar-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil billi tinħoloq sistema aktar ġusta, aktar effiċjenti u aktar sostenibbli għat-tqassim tal-applikazzjonijiet għall-ażil fost l-Istati Membri.

Il-prinċipju bażiku se jibqa’ l-istess – dawk li qed ifittxu ażil għandhom, sakemm ma jkollhomx qraba xi mkien ieħor, japplikaw għall-ażil fl-ewwel pajjiż fejn jidħlu. Imma mekkaniżmu ġdid għal tqassim ġust għandu l-għan li jiżgura li l-ebda Stat Membru jitħalla bi pressjoni sproporzjonata fuq is-sistema tiegħu ta’ ażil.

Aqra aktar

Baħar imqalleb – mill-inqas 84 mejta

Il-baħar Mediterran imqalleb ta’ dawn l-aħħar 48 siegħa ħataf il-ħajja ta’ 84 immigrant.

Skont l-Organizazzjoni Internazzjonali għal-Migrazzjoni, dawk li għerqu l-bieraħ kienu qed jivjaġġaw fuq dgħajsa żgħira, madwar sebgħa kilometri ‘l barra mill-kosta ta’ Sabrataha, fil-Libja.

Aqra aktar

Send this to a friend