Notifiki

Jammettu li ppruvaw jaħarbu minn Malta

Mohammed Alhaddy Mohammed ta’ erbgħa u għoxrin sena mis-Sudan u Mohammed Abdala ta’ ħamsa u għoxrin sena miċ-Chad ġew ikkundannati xahar ħabs wara li ammettew li pruvaw jaħarbu minn Malta b’mod illegali.Aqra aktar

F’pandemija ssoktaw ir-rilokazzjonijiet tal-immigranti

Bl-ivvjaġġar madwar l-Unjoni Ewropea ristrett u b’lockdowns diversi pajjiżi, il-moviment ta’ passiġġieri fl-Unjoni Ewropea sar iktar diffiċli u ristrett. Aqra aktar

Ritornat grupp ieħor ta’ immigranti lejn pajjiżhom

Il-ħidma governattiva sabiex jiġu ritornati gruppi ta’ immigranti li ma jikkwalifikawx għall-ażil kompliet tħalli l-frott.

Dan hekk kif fi stqarrija, il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ħabbar li ġie ritornat grupp ieħor ta’ immigranti lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom.

Il-Ministeru spjega kif dan seħħ f’operazzjoni ta’ ritorn mis-Sezzjoni tal-Immigrazzjoni tal-Pulizija permezz ta’ titjira minn Malta.

Fil-fatt, l-immigranti li ġew ritornati oriġinaw kollha minn barra mill-Unjoni Ewropea u waslu Malta rregolarment bil-baħar is-sena l-oħra.

L-immigranti kienu skortati minn uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku matul it-titjira lejn il-pajjiż tal-oriġini. Ir-ritorn sar b’ħarsien sħiħ tal-protokolli relatati mal-COVID-19, inkluż it-testijiet neċessarji għal passiġġieri kollha.

Parti sostanzjali mill-ispejjeż relatati ma’ din l-operazzjoni ġew koperti minn fondi tal-Unjoni Ewropea.

Fl-istqarrija, il-Gvern fakkar kif il-ħidma ta’ ripatrijazzjoni ma tiddependix biss mill-ħidma tal-awtoritajiet Maltin imma anke b’rieda tajba mill-pajjiż tal-oriġini tal-immigranti inkwistjoni.

 

Send this to a friend