Iridu li jsir REFERENDUM f’pajjiżna

Il-Moviment Patrijotti Maltin qed isostni li “hija tal-mistħija” li “l-Gvern Malti qed jaċċetta l-fondi mill-EU (92 miljun ewro) sabiex jiġu aġevolati immigranti illegali u/jew irregolari sabiex suppost ikunu integrati fis-soċjetà Maltija”.

Għalkemm dawn huma flus li jappartjenu għal fond Ewropew partikolari u ma jistgħux jintużaw mod ieħor, il-moviment isostni li għandhom imorru biex ikunu Maltin u Għawdxin li huma fil-faqar.

Aqra aktar

Ma jafux kemm se jdumu arrestati

Disa’ immigranti mill-Mali, li ilhom jgħixu u jaħdmu f’pajjiżna għal dawn l-aħħar disa’ snin u li ma rnexxilhomx jiksbu l-ażil f’ pajjiżna, anżi mistennija jintbagħtu lura f’pajjiżhom fetħu każ kostituzzjonali kontra l-Gvern Malti għaliex qed jinżammu f’detenzjoni għal perjodu indefinit.

L-avukat tal-immigranti, li kienu eskortati fl-awla mill-Pulizija, spjega lill-Imħallef Lorraine Schembri Orland li mhemmx raġuni għaliex qed jinżammu taħt arrest għaliex ma joffrux theddida lill-ordni pubblika jew lis-sigurtà tal-poplu. Għalhekk stqarr li d-detenzjoni tagħhom kienet qed tikser il-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

Aqra aktar

Aktar minn €93 miljun għas-sigurtà interna u l-immaniġjar tal-immigranti

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-presidenza Maltija u fondi Ewropej Ian Borg ħabbar li sa Novembru ta’ din is-sena kienu allokati aktar minn 93 miljun ewro biex ikunu mqassma fost enititajiet li jieħdu ħsieb is-sigurtà interna tal-pajjiż. Se jkunu mqassma wkoll fost dawk l-entitajiet involuti fil-proċess tal-ażil, l-integrazzjoni, u r-ritorn ta’ immigranti li jkunu qed jgħixu hawn Malta.

ATT ATROĊI f’Berlin – sitt immigranti arrestati

Seba’ immigranti żagħżagħ ġew akkużati bl-attentat ta’ qtil ta’ persuna bla dar fil-Ġermanja. Is-sitt suspettati għandhom bejn ħmistax u tmintax-il sena u aktarx ipprovaw jagħtu n-nar lil dan ir-raġel fi stazzjon taħt l-art.

Hemm suspettat ieħor, li għandu 21 sena u li l-Pulizija temmen li huwa l-moħħ ewlieni wara l-attakk. Dan ġie arrestat qrib darbu. Sitta minn dawk miżumuma huma Sirjani u wieħed huwa Libjan. Kollha marru Berlin ifittxu l-ażil fl-2014 u l-2016.

Ir-raġel attakkat għandu 37 sena u kien rieqed fuq bank taħt munzell karti f’Schoenleinstrasse fin-nofsinhar ta’ Berlin, meta ngħata n-nar għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu dakinhar tal-Milied.

Kellu jkun sewwieq tal-ferrovija li uża fire extinguisher biex jitfi n-nirien, filwaqt li persuni li kienu l-istazzjoni provaw ikunu t’għajnuna wkoll.

 

L-immigranti mill-Mali se jkunu deportati

Il-Ministeru tal-Interni u s-Sigurtà Nazzjonli, fi stqarrija, sostna kif disgħa immigranti li nstab li huma mill-Mali, minn 24 li kienu detenuti skont l-Att tal-Immigrazzjoni, baqgħu miżmuma detenuti hekk kif l-isforzi biex jiġu deportati għadhom għaddejjin.

Aqra aktar

Jiktbu lill-PM biex immigranti ma jintbagħtux lura bi skema tal-U.E

Numru ta’ akkademiċi kitbu ittra lill-Prim Ministru ta’ Malta, Joseph Muscat, biex iħalli Malta numru ta’ immigranti li ma jikkwalifikawx għall-ażil. Din il-kwistjoni qamet fl-aħħar ġimgħat meta numru ta’ immigranti nġabru sakemm tiġi f’Malta delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea biex tanalizza s-sitwazzjoni tagħhom. Dan bħala parti minn sistema ta’ ritorn minn madwar l-Ewropa għal min ma jkunx kwalifika għal stat ta’ refuġjat.

Aqra aktar

Żieda fl-immigranti jitolbu l-ażil

Fl-ewwel disa’ xhur tas-sena kienu iktar minn 950,000 il-persuni li applikaw għall-ażil f’ xi wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Skont statistika tal-Eurostat, minn Lulju sa’ Settembru ta’ din is-sena, l-ammont t’ applikazzjonijiet għall-ażil żdiedu b’ iktar minn ħamsin elf meta mqabbla mat-tlett xhur ta’ qabel.
Aqra aktar

Send this to a friend