immigranti – Page 14 – One News

Notifiki

Salvati żewġ immigranti, magħhom sebgħa mejtin

Fis-sigħat li ġejjin se jiddaħlu Malta żewġ immigranti li jinsabu fuq dgħajsa mdawra minn seba’ katavri, dan hekk kif il-baħar Mediterran qed jibqa’ jħalli l-vittmi li jkunu qed jaqsmu fit-tama ta’ ħajja aħjar.

Il-Forzi Armati ta’ Malta kienu involuti f’din l-operazzjoni flimkien mal-Frontex.

Diskussi l-bidliet fir-regoli dwar l-immigrazzjoni

Tibqa’ fuq l-aġenda l-kwistjoni tal-immigrazzjoni bid-diskussjoni bejn il-Ministri tal-Intern tal-Unjoni Ewropea tkun fuq proposti ġodda li saru taħt il-Presidenza Slovakka.

Proposti li għalkemm fihom il-pożittiv tagħhom Malta ma qablitx magħhom kif inhuma, bil-Ministru Carmelo Abela fl-istess ħin jinnota l-importanza li d-diskussjoni għaddeja lejliet il-presidenza Maltija li waħda mit-temi hija proprju s-suġġett.
Aqra aktar

Studju dwar tfal immigranti f’Malta

Wara li sar studju dwar tfal li jinsabu fil-foster care li rriżulta f’ rapport u rakkomandazzjonijiet utli mill-uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal, issa tħabbar studju simili, din id-darba dwar immigranti tfal li jgħixu f’pajjiżna.

Dan fid-dawl li kull tifel u tifla li jgħixu f’Malta għandhom ikunu mħarsa, mhux dawk b’identità Maltija biss.

Segwri dak li qalet il-Kummissarju għat-Tfal Pauline Miceli.

Aqra aktar

TWISSIJA: “attenti kif tibgħatuhom lura”

  • Aġenzija tan-Nazzjonijiet Magħquda tipproponi sistema volontarja ta’ ritorn lejn il-pajjiż ta’ oriġini

Il-UNHCR, li hija l-aġenzija tar-refuġjati tan-Nazzjonijet Magħquda, ħeġġet aktar kawtela fejn jidħol ir-ritorn ta’ immigranti irregolari.

Innotat li tul is-snin, Malta irċeviet numu ta’ applikazzjonijiet għall-ażil minn persuni li kienu salvati fil-baħar u li sabu ruħhom hawn Malta. Qalet li l-maġġoranza ta’ dawn in-nies ingħataw forma ta’ protezzjoni internazzjonali biex ma jmorrux lura pajjiżhom.

Uħud mill-applikanti li kellhom it-talba tagħhom miċħuda ingħataw permess jibqgħu pajjiżna b’mod regolarizzat, taħt protezzjoni umanitarja temporanja. UNHCR qalet li l-għoti ta’ din it-tip ta’ protezzjoni hija biss fid-diskrezzjoni tal-Kummissarju tar-Refuġjati. Dawk li jirriżulta li mhumiex bżonn din it-tip ta’ protezzjoni ġeneralment ma jaqgħux taħt il-madnat tal-UNHCR.

Aqra aktar

Il-ġungla Franċiża għadha mimlija

Għalkemm uffiċjali Franċiżi ddikjaraw li l-kamp t’immigranti f’Calais huwa vojt, jidher li l-hekk imsejħa “ġungla” għadha miżgħuda b’mijiet ta’ immigranti.

Dan skont ġurnalisti u nies li jinsabu fuq il-post.

Intqal ukoll li matul il-lejl li għadda, mal-mitt tifel u tifla tħallew waħedhom mingħajr post fejn jorqdu.

Aqra aktar

L-Ombudsman jappella biex il-liġi tkun aġġornata dwar trabi li jitwieldu bejn sema u ilma

L-Ombudsman laqa’ d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell li nħarġet nhar it-tletin ta’ Settembru, biex tifel li twieled bejn sema u ilma jkun reġistrat hawn Malta.

Innota wkoll li l-liġi attwali mhix ċara dwar fejn għandhom ikunu reġistrati trabi li jitwieldu bejn sema u ilma u rrakkomanda li din tkun aġġornata.

L-omm Somala welldet fuq dgħajsa b’70 immigrant irregolari abbord, liema dgħajsa eventwalment għerqet. L-omm u t-tarbija kienu salvati mill-Forzi Aramti ta’ Malta u ttieħdu abbord vapur Russu.

Peress li l-immigranti ma setgħux ikunu trasferiti fuq id-dgħajsa tal-Forzi Armati ta’ Malta minħabba l-maltemp, il-bastiment Russu kien awtorizzat jidħol fil-port f’Malta, fejn l-omm u t-tarbija ddaħħlu u ngħataw protessjoni umanitarja. L-Ombudsman innota d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell, ċioe li t-tarbija għandha dritt fundmanetali tkun irreġistrata u jkollha nazzjonalità.

 

 

Send this to a friend