Notifiki

Il-Kaptan tas-Sea Watch 3 tinħeles mill-arrest

Il-Kaptan tas-Sea Watch 3, Carola Rackete, inħelset mill-arrest it-Tlieta wara li ma nstabitx ħatja li poġġiet ħajjet bosta persuni fil-periklu fil-ħin li kienu abbord il-bastiment. Il-mara, li għandha 31 sena, qalet li minn dejjem poġġiet is-saħħa u ħajjet l-immigranti l-ewwel, anke qabel kwistjonijiet politiċi.

Il-Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini qal li l-kaptan kisret liġijiet marittimi, tant li ddeskriva għemilha bħala att ta’ gwerra. Dan għaliex Rackete ma tatx kas twissija mill-Gvern Taljan biex l-immigranti ma jiddaħlux f’port sigur fl-Italja.

F’Qorti f’Agrigento, il-mara spjegat li kienet taf bil-konsegwenzi ta’ għemilha, iżda għażlet li tagħmel ta’ rasha wara li rat f’liema stat emozzjonali u fiżiku kienu fih l-immigranti abbord.

Salvat grupp ta’ 97 immigrant

97 immigrant iddaħlu Malta mill-Forzi Armati wara li kienu salvati hekk kif kellhom bżonn l-assistenza waqt li kienu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija. Huma ddaħħlu fis-06:40 tat-Tlieta filgħodu f’Xatt it-Tiben abbord id-dgħajsa tal-istess Forzi Armati ta’ Malta l-P61.

Intqal li fil-grupp hemm mara u żewġt itfal. L-immigranti għaddew għand il-Pulizija u ttieħdu fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa permezz ta’ diversi xarabanks. Hemmhekk saret tfittxija fuq kull persuma u ttieħdu ritratti u l-marki tas-swaba ta’ kull immigrant, filwaqt li l-pulizija ġabret it-tagħrif dwarhom permezz ta’ intervisti.

AĠĠORNAT: L-Armata b’aktar salvataġġ

Tul il-lejl li għadda l-Armata Maltija salvat 120 immigrant li sabu ruħhom f’diffikultà fir-Reġjun Malti għat-Tfittxija u Salvataġġ. L-immigranti bħalissa huma fuq bastiment tas-salvataġġ tal-Forzi Armati u mistennija jasslu Malta aktar tard dalgħodu.

Il-Forzi Armati ta’ Malta kompliet tagħmel aktar salvataġġ fl-ibħra, fejn għall-ħabta tal-ħdax iddaħħlu f’Malta 147 immigrant.

Għall-ħabta ta’ nofsinhar l-armata salvat dgħajsa oħra b’99. Huma ukoll ingħataw l-ewwel għajnuna u iddaħħlu malta fit-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar.

 

L-Armata ssalva 75 immigrant

Grupp ta’ 75 immigrant ġew slavati mill-Forzi Armati ta’ Malta u l-Gwardja tal-Kosta Taljana wara sensiela ta’ operazzjonijiet ta’ salvataġġ biex jgħinu lill-Gwardja tal-Kosta Libjana.

Il-75 immigrant issalvaw permezz tal-P22, u ddaħlu Malta aktar kmieni dalgħodu. F’sensiela oħra ta’ operazzjonijiet ta’ salvataġġ, il-Gwardja tal-Kosta Taljana wasslet numru ta’ immigranti Lampenduża.

Send this to a friend