imħabba – One News

Notifiki

Tislima lill-Kelb tal-Pulizija

Kemm hu sabiħ li nuru rispett lejn xulxin u mhux anqas lejn l-annimali li jgħinuna ngħixu aħjar.

Mhux biss jgħinuna nirrilassaw izda jgħinuna anke fix-xogħol tagħna.

Fil-każ ta’ dan ir-ritratt, jidher pulizija jġorr b’qalbu maqsuma lil kelb li min jaf kemm għenu waqt xogħolu, fil-qadi ta’ dmirijietu.

Il-kollegi pulizija nġabru f’ringieli faċċata ta’ xulxin fejn taw tislima lil dan il-kelb; ġest sabiħ u li juri mħabba u rispett mistħoqq.

BIL-FILMAT: Il-Ħlewwa tal-annimali

 

Jekk f’postijiet madwar id-dinja li f’dawn iż-żminijiet ikunu miksija bis-silġ, ifisser li n-nies jissakkru ġo djarhom u ma joħorġux, mhux l-istess għal dan il-kelb. Kif jidher fil-filmat, dan il-kelb qed jieħu gost itella’ bi snienu lura l-islitta, jitla’ fuqha u jiżżerżaq l’isfel. Il-Filmat ittella’ fil-paġna popolari Animalkind Stories u rawh kważi tliet miljun persuna.

L-24 ta’ Diċembru għadu maħbub minn bosta

Il-Jum ta’ għada, l-24 ta’ Diċembru għadu sinonimu ma’ spirtu sabiħ għal bosta. Ħafna jkun għad fadlilhom xi xiri x’jagħmlu. Imma għadek issib ħafna nies li jħobbu jerfgħu din il-ġurnata biex iżuru ħbieb li jkunu ilhom ma jiltaqgħu jew inkella jħallu propju din il-ġurnata fis-sena biex jerġgħu jġeddu xi ftit memorji u tifkiriet tat-tfulija.

Ma jonqsux l-awguri għalkemm fil-mezzi tal-midja soċjali sirna naraw ħafna kummenti li wieħed m’hemmx għalfejn jistenna dawn il-jiem biex jirreċiproka awguri ta’ xewqat tajba lil dak li jkun. Imma ejja ngħidu li b’mod awtomatiku hekk jiġri u s-soċjeta’ tistimola biex dan jiġri wkoll. Mhux inqas il-midja li żżid l-adrenalina għal dan l-istat ta’ ferħ fin-nies.Aqra aktar

Kif m’għandekx tibda l-ħajja miżżewġa

L-aktar mument sabiħ għal koppja miżżewġin friski spiċċa f’każ li dar id-dinja għal mod li bih żviluppa.

Raġel minn Pennsylvania spiċċa fi ġlieda taħraq ferm ma’ martu ftit sigħat bissa wara ċ-ċerimonja tat-tieġ. John Delozier ta’ 31 sena huwa akkużat li prova jifga lill-mara għax jemmen li jimpurtaha biss mill-flus. Infatti kellhom ġlieda liema bħalha dwar ir-rigali tat-tieġ, li wasslet għall-attakk.

Biex tagħmel is-sitwazzjoni aktar drammatika, huwa ħarab minn fuq il-post sakemm instab mill-Pulizija. Aktarx li mhux se jkollhom ħajja faċli bħala miżżewġin.

Wara 69 sena miżżewġin imutu id f’id

Koppja minn Illinois li kienu ilhom miżżewġin għal 69 sena mietu t-tnejn li huma f’temp ta’ siegħa, iżommu idejn xulxin.

Isaac Vatkin, ta’ 91 sena, kien qed iżomm id martu Teresa, li kellha 89 sena, fil-mument li tilfet il-battalja tagħha kontra l-Alzheimers.

Aqra aktar

Jitfu n-nirien iżda mhux il-fjamma tagħhom

Fl-1972 kienu Joe Cutajar u Helen Micallef li kantaw dwar l-imħabba iżda l-imħabba m’hiex biss bacio, kiss jew bewsa.

L-imħabba hi bħal fjamma tixgħel bla rażan u li minkejja l-maltemp u s-saram, bosta jgħidu li trid tibqa’ tiġi mkebbsa.

Dan kien is-sentiment espress minn Jonathan u Melanie.

Koppja Maltija, it-tnejn bl-uniformi tal-Protezzjoni Ċivili għax fost l-oħra jitqabbdu man-nirien u jagħmlu dik ix-xi ħaġa ta’ ġid mas-soċjeta’.

Jonathan li llum jaħdem bħala full time mal-Protezzjoni Ċivili u Melanie li tagħti s-servizz tagħha bħala voluntiera spjegaw kif iltaqgħu.

Aqra aktar

Send this to a friend