Notifiki

BIL-FILMAT: Karozza tieħu n-nar fl-Imġarr

Għall-ħabta ta’ 12:00pm, diversi pumpiera mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fi Triq San Pawl fl-Imġarr biex jitfu nirien li ħakmu karozza li kienet ipparkjata.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Qalb il-muturi tingħata l-aħħar tislima lil Michelle Curmi fuq iz-zuntier tal-Imġarr

Il-ħoss tal-mutur li tant kienet tħobb akkumpanja lil Michelle Curmi hi u tingħata l-aħħar tislima.  Dan hekk kif numru ta’ sewwieqa tal-muturi, ħbieb tagħha u tal-familja iltaqgħu fejn il-kamra mortwarja sabiex flimkien iwassluha saz-zuntier tal-knisja tal-Imġarr.

Michelle Curmi ta’ 32 sena, tilfet ħajjitha wara li l-mutur li kienet riekba fuqu kien involut f’ħabta ma’ karozza f’Mdina Road, Ħaż-Żebbuġ lura fis-sbatax ta’ Mejju.

Aqra aktar

Aktar minn 15-il trakk ta’ materjal ta’ kostruzzjoni jitneħħa mill-Imġarr

Il-Ġimgħa tlesta x-xogħol li nbeda l-Ħamis minn Ambjent Malta u WasteServ bill-kollaborazzjoni tal-Malta Developers Association fejn fi ftit sigħat tneħħew ’il fuq min 15 il-trakk ta’ ġebel, bricks, terrapien u materjal ieħor. Dan ix-xogħol ta’ tindif sar wara b’mod abbużiv fl-aħħar ġranet intefa materjal fil-Wied tal-Imselliet fl-Imġarr. Aqra aktar

Send this to a friend