F’intervista man-nies fil-belt is-siekta tal-Imdina l-Ħadd filgħodu, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ħabbar li fil-budget tat-Tnejn, in-nies se jirċievu t-tripplu ta’ dak li kienu jirċievu qabel f’buthom.Aqra aktar

F’intervista man-nies fil-belt is-siekta tal-Imdina l-Ħadd filgħodu, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ħabbar li fil-budget tat-Tnejn, in-nies se jirċievu t-tripplu ta’ dak li kienu jirċievu qabel f’buthom.Aqra aktar
Il-Korp tal-Pulizija skatta l-proġett ta’ Pulizija fil-komunità fi 12-il lokalità.Aqra aktar
30 ritratt ta’ wħud mill-isbaħ binjiet li nbnew f’pajjiżna bejn is-seklu 19 u nofs is-seklu 20 ser jittellgħu f’wirja bl-isem ta’ Unsung, Architectural Icons.Aqra aktar
Sewwieq ta’ mutur ġarrab ġrieħi gravi wara li kellu impatt ma’ karozza fl-Imdina.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sebgħa neqsin għaxra ta’ filgħaxija fi Triq Tal-Infetti, fl-Imdina.
L-Antartika huwa l-iksaħ kontinent, l-iżjed wieħed niexef u bl-ogħla elevazzjoni medja. Huwa wkoll il-kontinent li jinsab l-aktar l-isfel fin-naħa tan-nofsinhar tad-dinja. Peress li ż-żjarat huma ristretti, għalja u diffiċli, l-Antartika huwa l-uniku kontinent illi baqa’ pjuttost mhux mittiefes mill-bniedem. Infatti, il-popolazzjoni tiegħu tikkonsisti biss minn ftit eluf ta’ xjenzati.
Daqs erba’ sekli u nofs ilu kienet belt Assedjata bin-nies imġewħa jistennew li kollox jgħaddi b’wiċċ il-ġid u llum il-belt is-siekta nbidlet f’festival internazzjonali tal-ikel.
Fi tmiem din il-ġimgħa fil-foss tal-Imdina qed jittella’ dan il-festival tal-ikel minn kull rokna tad-dinja.
Filfatt dan il-festival infetaħ mill-Prim Ministru Joseph Muscat.
Fil-kampanja u l-irħula Maltin kien hawn diversi knejjes u kappelli żgħar li għadna ngawdu l-preżena tagħhom sal-lum. Iżda l-Katidral tal-Imdina kien l-ewwel parroċċa f’Malta li kien joħroġ x’għandu jsir f’kull parti tal-Gżejjer Maltin.
Wara kien hemm it-tieni parroċċa, dik tal-Belt Vittoriosa jew kif nafuh aħjar il-Birgu li kien stabbilit fis-seklu 12.
Għall-sena oħra l-Imdina qed terġa’ tgħix iż-żminijiet imgħoddija waqt il-Festival tal-Medjuevu. Dan il-festival din is-sena qed jiċċelebra l-għaxar sena tiegħu u għal-sena oħra qed jiġbed lejh numru kbir kemm ta’ Maltin kif ukoll ta’ turisti.
Ġuvni ta’ 21 sena mir-Rabat ħelisha ħafif wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs fil-Foss tal-Imdina
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa neqsin kwart ta’ waranofsinhar.Aqra aktar
llum, għall-ħabta tas-13.30, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom fi Triq Buqana, ir-Rabat minħabba li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 41 sena residenti ż-Żurrieq, għal xi raġuni ntlaqat minn vettura tat-tip Dennis Excalibur li kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 61 sena li joqgħod Ħal Għaxaq.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Send this to a friend