ilma – Page 3 – One News

Malta b’kapaċità li tlaħħaq mad-domanda tal-ilma f’kull eventwalita

Matul dawn l-aħħar ġranet kien qed jiġi ċirkulat fuq il-mezzi tal-media soċjali, flyer maħruġ minn Think Thank bl-isem ta’ Malta Water Assosciation b’logo tal-Universita ta’ Malta. F’dan il-flyer qed jingħad li l-ilma f’Malta hu skars u li f’każ ta’ ħsara fl-impjant tar-reverse osmosis, ir-riserva tal-ilma hija biss ta’ jumejn.

L-informazzjoni li qed tingħata hija kompletament skorreta u tista’ twassal sabiex jinħoloq allarm fost il-pubbliku. Dan saħqitu l-korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma fi stqarrija li ħarġet. Għal kuntrarju ta’ dak li qed jigi allegat, il-WSC tħossha fid-dmir li tavża lill-pubbliku li m’hemm l-ebda sitwazzjoni ta’ periklu u allarm ta’ skarsezza.

Filwaqt li huwa vera li f’Malta għandna nuqqas ta’ riżorsi naturali ta’ ilma, bħall-maġġoranza tal-pajjiżi l-oħra fil-Mediterran, madanakollu, frott tal-investimenti li saru fl-iżvilupp tar-riżorsi alternattivi tal-ilma mal-medda tas-snin, pajjiżna huwa f’sitwazzjoni li jista’ jlaħħaq mad-domanda għall-bżonn tal-ilma f’kull eventwalita’.

Ta’ min jgħid li f’Malta m’għandniex impjant wieħed iżda tlieta, u l-iskop huwa biex f’każ remot ta’ ħsarat fis-sistema kollha ta’ impjant sħiħ, il-faċilitajiet l-oħra jagħmlu tajjeb għal din il-ħsara billi jinżamm livell għoli ta’ produzzjoni.

F’każ li l-akbar impjant ifalli, il-WSC xorta kapaċi tigarantixxi b’aktar minn xahar forniment ta’ ilma, li huwa ferm aktar minn biżżejjed biex isiru t-tiswijiet neċessarji. Il-WSC ittenni l-impenn tagħħa li tkompli tinvesti f’infrastruttura b’saħħitha għall-esiġenzi tal-pajjiż.

Irtirati mis-suq kontenituri tal-ilma tal-EcoPure

Numru ta’ kontenituri tal-EcoPure li jintużaw għad-dispensers se jkunu qed jinġabru. Dan wara li nstab li minħabba problema teknika li kien hemm fl-impjant, ġie affetwat l-ilma li hemm f’uħud mill-kontenituri.

Il-kumpanija Farsons sostniet li se tkun qed tiġbor lura l-kontenituri li huma tal-18.9 litri u kif ukoll tal-10 litri li jagħmlu parti mill-istock li jitla’ sa numru 188.

Aqra aktar

Għal min iħobb iċafċaf

Il-Buġibba Water Park jinsab miftuħ. Dan huwa park li nbena taħt is-superviżjoni tad-Dipartiment tax-Xogħolijiet u li l-Gvern jara ż-żamma tiegħu permezz ta’ PARK. Dan b’mod speċjali f’dawn ix-xhur sħan, fejn tixriba ilma tinżel għasel.

Iz-zona hija mqassma fi tliet partijiet kuluriti, li jirriflettu l-età u t-tul tat-tfal. Viżitaturi huma mitluba jitqassmu skont kif indikat qabel jidħlu fil-park forma ta’ dgħajsa.

Kull sessjoni ddum għoxrin minuta. L-ewwel waħda tibda fl-għaxra ta’ filgħodu u l-aħħar waħda ddum sas-sebgħa ta’ filgħaxija. Fl-2013, medja ta’ 300 tifel u tifla żar il-park kuljum. Hemm issib ukoll showers, lockers, u ħaddiema tas-sigurtà.

Aqra aktar

Il-Korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma bi qligħ ta’ €6.3 miljun

Matul is-sena li għaddiet, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet qligħ ta’ €6.3 miljun u naqqset id-dejn b’€5.8 miljun biex hekk id-dejn naqas bi kważi €30 miljun f’erba’ snin.

Meta ressaq l-estimi finanzjarji tal-korporazzjoni, il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi qal li s-sovvenzjoni tal-gvern naqset b’€1.3 miljun.

Aqra aktar

Impenn biex Malta tikseb livelli ta’ effiċjenza ogħla fl-użu tal-ilma

Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma Joe Mizzi qal li l-Gvern qed jimpenja ruħu biex jassigura li Malta tikseb livelli ta’ effiċjenza ogħla fl-użu tal-ilma.

“Konsum aktar baxx tal-ilma jgħinna biex nilħqu l-miri li nipproteġu r-riżorsi naturali tal-ilma kif ukoll jassigura li jkun hemm inqas spejjeż operattivi għas-setturi ekonimiċi tagħna – din hi sitwazzjoni li minnha jgawdi kulħadd,” qal il-Ministru. Aqra aktar

Inawgurat impjant li se jbiddel id-drenaġġ f’ilma

Kien inawgurat impjant tal-ilma fil-Mellieħa li permezz tiegħu d-drenaġġ se jissaffa u jinbidel f’ilma ta’ kwalità għolja tant li se jkun użat b’mod sigur f’oqsma differenti. L-impjant li jiswa €21 miljun ffinanzjati minn fondi ewropej se jwassal għal inqas ħela ta’ l-ilma li qabel kien jintrema fil-baħar.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat tenna li dan kien proġett importanti ħafna u li Malta se tkun waħda mill-ftit pajjiżi fid-dinja li se tuża din is-sistema. Sistema li l-Prim Ministru spjega se tkun qed tassigura li l-boreholes ta’ pajjizna jkunu preservati filwaqt li tingħata alternattiva lill-industriji u l-bdiewa. Spjega li dan hu l-ewwel attentat serju ta’ Gvern li joffri alternattiva għall-estrazzjoni tal-ilma.

Aqra aktar

Send this to a friend