ilma – One News

Notifiki

Se tibda tkun avżat dwar leakages fis-sistemi tal-ilma ta’ darek

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ser tkun qed tvara sistema li permezz tagħha tgħarraf lil kull persuna rreġistrat magħha b’difetti jew leakages fis-sistema tal-ilma li tista’ tirriżulta f’kontijiet għolja u anke ħela ta’ ilma.

Qal dan il-Kap Eżekuttiv tal-korporazzjoni, is-Sur Ivan Falzon hekk kif spjega li din is-sistema ġdida taħdem b’informazzjoni li nġabret tul is-snin mill-korporazzjoni u li tagħraf waħedha anomaliji fl-użu tal-ilma f’kull residenza.

Is-Sur Falzon spjega li meta s-sistema tagħraf li hemm użu żejjed ta’ ilma li jmur barra l-użu normali li ssoltu jsir fir-residenza, il-persuna li tkun irreġistrata mal-korporazzjoni tintbgħatilha messaġġ fuq il-mobile.

Aqra aktar

Titnieda skema ta’ batteriji għal sistema ta’ pannelli li jaħżnu l-enerġija u tintuża skont il-bżonn

Skema ġdida ser tgħin lil dawk li diġà nvestew f’sistema ta’ pannelli fotovoltajiċi sabiex issa jinvestu f’sistema ta’ batteriji sabiex ikunu jistgħu iżommu l-enerġija ġġenerata u jużawha skont il-bżonn.Aqra aktar

Proġett ta’ €12-il miljun se jkun qed iżid l-effiċjenza tar-reverse osmosis f’pajjiżna

Proġett ta’ 12-il miljun ewro se jkun qed iżid l-effiċjenza tar-reverse osmosis f’pajjiżna.

Hekk spjega l-ministru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma, Michael Farrugia waqt żjara li għamel lil madwar il-dsatax-il ħaddiem fl-impjant ta’ Pembrok.. Dan huwa l-ikbar impjant f’Malta li jipproduċi madwar 30% tal-ilma tax-xorb. Madwar 60% tal-ilma tax-xorb li tipproduċi  l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġej mill-impjanti tar-Reverse Osmosis li jbiddlu l-ilma baħar f’ilma ħelu.  Aqra aktar

B’sistema ġdida se jinqabad min jisraq l-ilma

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħabbret li pprogrammat b’suċċess teknoloġija li tidentifika ħela ta’ ilma inkluż serq. S’issa dan il-programm twettaq f’żewġ żoni speċifiċi u r-riżultati huma inkoraġġanti ħafna. Il-Korporazzjoni issa tista’ tittraċċa minn jisraq l-ilma b’mod sistematiku. Aqra aktar

Qtugħ fil-provista tal-ilma

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tixtieq tinforma lill-pubbliku li minħabba xogħlijiet infrastrutturali, il-provista tal-ilma lejn Raħal Ġdid, Tarxien u possibilment Santa Luċija ser tkun sospiża nhar l-Erbgħa 20 ta’ Novembru fis-7 ta’ filgħaxija sal-għada l-Ħamis fis-6 ta’ filgħaxija. Aqra aktar

Send this to a friend