Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil – Page 7 – One News

Notifiki

Simon Busuttil garanzija biex jitreġġa’ l-arloġġ lura

 

Lil hinn miċ-ċelebrazzjonijiet ewforiċi għax baqa’ fl-Oppożizzjoni, Simon Busuttil jibqa’ ma joffri ebda joffri sustanza għall-familji. Huwa interessat biss li jiġġieled u jitgħajjar, bl-istess arroganza li kien juri qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet.

Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija. Qal ukoll li n-negattività tispikka f’Simon Busuttil. Filwaqt li jogħrok idejh dwar il-ħaddiema tal-Actavis li grazzi għall-ekonomija b’saħħitha se jiġu asorbiti f’postijiet tax-xogħol oħra, ma jsemmi ebda kelma dwar id-De La Rue li, bil-kontra tax-xewqa tiegħu u tat-tbassir żbaljat li għamel, se tibqa’ f’Malta u tkabbar l-operati tagħha.

Għal konvenjenza politika Simon Busuttil jippriedka fuq in-nies vulnerabbli. Jaħseb li n-nies se jinsew li, meta hu kien f’pożizzjoni li jwettaq, għolew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, ġiet intaxxata l-paga minima u l-pensjonijiet baqgħu ffriżati.

Aqra aktar

Ikkonfermat li bil-pjan ta’ Busuttil il-power station taċ-ċumnija tibqa’ taħraq il- Heavy Fuel Oil

Heavy Fuel Oil, kontijiet ogħla u qtugħ ta’ dawl ikissru n-negozji

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-workings tat-Times of Malta jikkonfermaw li bil-pjan tal-Partit Nazzjonalista se jkollna nżommu l-power station tal-BWSC u l-power station taċ-ċumnija (D1) jaħarqu l-Heavy Fuel Oil. Iżda, il-problema għall-Kap tal-Oppożizzjoni hija li qed idaħħal fil-pjan tiegħu power station li sal-aħħar tal-leġislatura mhux se tkun għadha hemm.

Aqra aktar

L-għada tal-istħarriġ… iktar pressjoni fuq Busuttil

L-għada li żewġ stħarriġ tal-opinjoni pubblika taw l-istess riżultat negattiv għall-Kap tal-Oppożizzjoni kompliet tiżdied il-pressjoni fuq Simon Busuttil, b’wieħed mill-awturi tar-rapport tat-telfa tal-PN jikteb: “Nagħmel imħatra li fl-elezzjoni li ġejja l-Partit Nazzjonalista ma jġibx l-istess ammont ta’ voti li fl-2013 ġab b’Gonzi fit-tmexxija. Se jġib inqas.”

Simon Mercieca kiteb dan f’The Malta Indpendent fejn qal li t-tim li Simon Busuttil għandu madwaru jispjega b’mod tajjeb ħafna għaliex il-PN “huwa destinat li jitlef l-elezzjoni li jmiss.”

Għal darb oħra Mercieca jagħmel analiżi ideoloġika u saħansitra jgħid li din hi xi ħaġa li xtaq jagħmel mar-rapport tat-telfa iżda li ma kienx inkluż fir-rapport tat-telfa. Biex ir-rapport dwar hekk ippreżentah hu u issa beħsiebu jippubblikah fi żmien li ġej. Riflessjonijiet fl-editorja Anke l-editorjal ta’ The Malta Independent analizza l-istħarriġ ippubblikati ilbieraħ u nnota kif kemm tagħhom u kemm tal-Maltatoday taw l-istess riżultat.

Aqra aktar

“IL-KRITIKA DARET”: issa m’għadhomx jikkritikaw l-IIP innifsu

  • Ir-rapport annwali tal-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment (IIP) se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra fil-jiem li ġejjin.

Il-Ministru Owen Bonnici assigura lill-membru parlamentari Nazzjonalista Jason Azzopardi li dan se jkun fih kif kull ċenteżmu li daħal mill-programm ġie mqassam, fid-diversi fondi skont kif kien tħabbar meta ġie varat il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment.

Il-maġġoranza tas-somma miġbura – €310 miljun sal-aħħar ta’ Settembru – marru fin-National Social and Development Fund waqt li persentagg marru fil-Fond Konsolidat.

Qabel, id-deputat kap tal-oppożizzjoni Mario de Marco talab lill-Ministru jikkonferma jekk bil-flus li daħlu sax imqar proġett wieħed. Il-Ministru qal li llum kulħadd qed jieħu l-affarijiet for granted għax permezz ta’ dan il-programm – l-uniku wieħed li għandu l-barka tal-Kummissjoni Ewropea – Malta kienet qed tibbenefika.

Aqra aktar

Kap tal-Oppożizzjoni inkonstenti u mhux kredibbli lanqas fuq il-paga minima

Il-Kap tal-Oppożizzjoni biddel il-pożizzjoni tiegħu fuq il-minimum wage diversi drabi.

Il-Partit Laburista qal li Simon Busuttil kiteb manifest elettorali  wara l-ieħor mingħajr qatt ma semma żieda fil-minimum wage. Aparti minn hekk , fl-aħħar baġit li preżenta Gvern Nazzjonalista meta Simon Busuttil kien Viċi Kap tal-PN, il-minimum wage kienet ser tiġi intaxxata.

Issa f’temp ta’ ftit jiem wara li ġie preżentat il-baġit filli f’mistoqsijiet wara konferenza tal-aħbarijiet qal li l-minimum wage m’għandhiex tiżdied iżda għandna naraw li ħaddiema ta’ minimum wage javanżaw f’xogħol aħjar u filli malli ra r-reazzjoni tan-nies, biddel il-pożizzjoni u qal li jrid li l-minimum wage tiżdied.

Aqra aktar

Simon Busuttil irid lill-pajjiż jagħmel XAHAR BLA DAWL

Il-Kap tal-Oppożizzjoni se jibqa’ magħruf għan-negattività u għal-mod li bih jaqbad u jgħid affarijiet mingħajr wisq ħsieb.

Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat fuq One Radio, b’referenza għal dak li qed jinsisti l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, ċioe li m’hemmx bzonn power station ġdida.

Li kieku ma jkunx hemm power station ġdida, kif qed jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni, pajjiżna jkollu  700 siegħa bla dawl, spjega l-Prim Ministru. Li tfisser xahar fis-sena bla dawl.

“In-nies iridu jgħixu f’pajjiż hekk?” staqsa l-Prim Ministru.

Dan, spjega l-Prim, huwa kalkolu sempliċi dwar x’għadnha kapaċità u l-kapaċità tal-interconnector. Aktar kemm jgħaddi ż-żmien, u aktar kemm tikber l-ekonomija, aktar se jkun hemm bżonn li jkun ġenerat l-elettriku, stqarr il-Prim Ministru.

Iqumu dubji dwar dak li qal Tonio Fenech

Minn żmien għal żmien qed ikomplu joħorġu iżjed dettalji dwar il-każ tal-Falcon funds, fond li bħala direttur fih hemm l-eks ministru nazzjonalista Tonio Fenech.

Dokumenti ppublikati mill-gazzetta Kullħadd jitfgħu dubji dwar dak li qal Tonio Fenech lill-ġurnalista Żvediża.

Aqra aktar

Il-Ħalowijn ta’ Sajmin

Ma kellix aptit. Kelli aptit ġurnata fil-kwiet, wara ġimgħa iesba. Imma kif jgħid il-Malti, l-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi. Ta’ lanqas hekk kont nismagħha tgħid lil nannti Alla jaħfirla u jagħtiha l-glorja tal-ġenna. U Alla jħares mhux qegħdha l-ġenna, tgawdi l-eternità, bil-flus li ħalliet biex isiru quddies għal ruħha. Kos hux? Nitħassar lil dawk li ma jħallux flus għat-talb ta’ ruħhom, għax imsieken kollha jinħarqu qegħdin.

Qomt mgħattan. Mhux wara lejl Paċevil ta! Dak ilu żmien li nqata’ mill-kalendarju tiegħi issa. Kelli ġimgħa bla nifs, mis-Sibt filgħodu bdejt inħoss qisu tagħrix, lanqas ħaqq il-larinġ li nagħsar u nixrob kuljum u moħħi kien mifqugħ bi ftit ħsibijiet u deċiżjonijiet li rrid nieħu ma ndumx. Hemm int, mgħattan.

Aqra aktar

Busuttil irid iħalli s-servizzi tas-saħħa f’pajjiżna fis-Serie B

 Il-Kap tal-Oppożizzjoni kuntent iħalli l-isptar St Luke’s abbandunat, l-isptar Karen Grech mitluq u lill-Għawdxin jingħataw servizz tas-Serie B. Iżda dan il-Gvern għandu viżjoni għal pajjiżna u għandu viżjoni għall-qasam tas-saħħa. Kull sptar f’pajjiżna għandu jagħti lil kull Malti u Għawdxi servizz tal-għola livell f’post xieraq u dinjituż. Il-Partit Laburista fil-Gvern irid li pajjiżna jkollu servizz tas-saħħa tas-Serie A.

Dan qalu l-Ministeru tas-Saħħa fi stqarrija. Il-Ministeru nnota li llum għal darb’oħra l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, ammetta li hu ma kienx imur għal kuntratt li se jara investiment ta’’l fuq minn €200 miljun f’dawn it-tliet sptarijiet.

Il-verità hi li Gvern Laburista żamm kelmtu u ppubblika l-kuntratti kollha iffirmati bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare.

Aqra aktar

PN fil-Gvern “MA JAGĦTIX KAS IL-KUNTRATT MAL-ELECTROGAS”

Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Simon Busuttil jipperikoli bi sħiħ l-istabbiltà fil-prezzijiet tad-dawl u l-ilma. Bl-iktar mod ċar il-Kap tal-Oppożizzjoni dalgħodu qal li l-PN fil-Gvern “ma jagħtix kas il-kuntratt li għamlu mal-Electrogas”.

L-istess kap ta’ partit li qal li t-traħħis fil-kontijiet qatt ma kien possibbli, issa insista li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma kellhom jorħsu iżjed. Iżjed minn hekk, qal li kien Gvern Nazzjonalista li bena l-infrastruttura biex illum dan il-Gvern qed iwettaq il-pjan tiegħu tal-enerġija. Busuttil preżenta lista twila ta’ ċifri u figuri li jemmen li bihom, il-kontijiet li qatt ma’ raħsu fi kwart ta’ seklu, issa għandhom jibdew jorħsu.

Aqra aktar

Send this to a friend