Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil – Page 6 – One News

Notifiki

Jirtiraw kawża li fetħu l-Iżvezja

Id-diretturi ta’ Falcon Funds, fosthom l-eks Ministru Tonio Fenech irtiraw kawża li għamlu kontra l-Aġenzija Żvediża għall-Pensjonijiet.

Din kienet waħda mill-miżuri li Tonio Fenech u sħabu fil-bord tad-Diretturi ħadu fl-eqqel tal-investigazzjoni dwar il-fond li qed ikun allegat li uża tattiċi frodulenti fil-konfront ta’ pensjonanti Żvediżi.

Minkejja li l-każ kien ixxokja fl-Iżvezja, l-eks Ministru Tonio Fenech dejjem sostna li kollox sar sew.  Dikjarazzjonijiet f’dan is-sens għamilhom fis-Sajf li għadda, meta għad-domanda “tħoss li mxejtu tajjeb mal-klijenti?” wieġeb “Iva, imxejna b’dak kollu li hu suppost”.

Aqra aktar

MA JRIDX JISMA’ – la mill-Istituzzjonijiet Ewropej u lanqas dawk Maltin

Simon Busuttil baqa’ iżolat fin-negattivita’ tiegħu. Anke jekk illum kellu l-ewwel okkażżjoni biex jitkellem fit-tul, wara ġimgħa pożittiva għal pajjiżna. Kienet ġimgħa li magħtulha kienet inawgurata l-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u ttieħdet deciżjoni formali mill-Kummissjoni Ewropea, li approvat il-proġett tal-enerġija. Barra minn hekk, l-istatistika għall-darb’oħra wriet li pajjiżna għandu l-inqas livelli qatt ireġistrati fid-defiċit u il-qgħad,

Iżda waqt li ndirizza attività politika, Simon Busuttil reġa qal li pajjiżna m’għandux bżonn il-powerstation. L-istess powerstation li l-Kummisjoni Ewropea ma ħalliet ebda dubbju dwar il-bżonn tagħha. Kienet il-Kummissjoni li qalet kemm hija bżonnjuża għax issarraf fi prezzijiet irħas, arja nadifa, sostenibilità fl-enerġija u l-koerenza ma’ regoli ewropej f’dan il-qasam.

Dan kollu qalu wkoll il-Viċi President Maros Sefcovic meta kien f’pajjiżna, iżda ma sewa xejn għal Busuttil. Għal kull dubbju li qajjem il-Kap tal-Oppożizzjoni f’seduta Parlamentari f’pajjiżna mal-Kummissarji Ewropej, il-President tal-Kummisjoni Ewropea Jean Claude Juncker wieġbu billi qallu li ma jaqbilx assolutament miegħu.

Aqra aktar

B’Simon Busuttil, kien ikun hawn nofs Malta bla dawl

Meta ftit tal-jiem ilu kien milħuq l-ogħla peak tal-enerġija ġġenerata fl-istorja, 410mW, li kieku l-Gvern ta’ widen għal dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, kien ikun hawn nofs Malta bla dawl li kien ifisser li f’din il-kesħa li qed tagħmel, il-familji Maltin u Għawdxin ma kinux jistgħu jsaħħnu djarhom.

Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija.

Il-Partit osserva li Simon Busuttil qed ikompli jinsisti li m’hemmx bżonn powerstation ġdida li mhux biss tfisser allura li se nibqgħu nagħmlu użu mill-aktar fuel li jħammeġ; il-heavy fuel oil, mhux biss li jkollhom jerġgħu jgħolew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, iżda hija kundanna ċara li l-poplu Malti u Għawdxi jkollu jagħmel minn tal-inqas mas-700 siegħa bla dawl.

Aqra aktar

“Busuttil dgħajjef wisq quddiem Salvu Mallia” – il-Partit Laburista

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li għal Simon Busuttil, huwa aċċettabbli li kandidat tiegħu, Salvu Mallia, li qed jimbuttah b’ saħħa, jirreferi għal Adolf Hitler b’mod pożittiv u ddeskrivih bħala “progressiv”.

Dan il-kandidat stilla tal-Partit Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil, għażel li jitkellem b’ mod pożittiv dwar dittatur li kien responsabbli minn uħud mill-akbar ġenoċidji u atroċitajiet fl-istorja tal-umanità.

Aqra aktar

Simon Busuttil jgħajjar kemm jiflaħ imma ma jispjegax għemil Jason Azzopardi

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil għadu kemm għajjar mixtrija lil dawk li jaħdmu biex tkun implimentata l-politika tal-Gvern. Qal ukoll li dan il-Gvern ibgħabas fis-sistema elettorali. Qal li l-Pulizija huma ikkontrollati minn dan il-Gvern.

Meta tkellem fil-każin tal-Partit Nazzjonalista fil-Ħamrun, Simon Busuttil kwota kemm-il darba lill-kandidat Salvu Mallia (magħruf għall-attakki kontinwi bl-aktar kliem vulgari kontra persuni Laburisti fuq Facebook) u saħansitra tkellem dwar il-Presidenza bħala “dak li għamilna aħna” u għal darb’oħra infexx jikkritika programm li qed irendi u jħalli frott fl-ekonomija Maltija – il-programm ta’ ċittadinanza b’invetsiment.

Busuttil qal li dan huwa gvern populist, għax jagħmel hijacking ta’ istituzzjonijiet pubbliċi. “Araw din tfakkarkomx f’xi ħaġa” sostna, filwaqt li dawk li kienu qed jisimugħ instemgħu jċapċpu u jidħku.

Aqra aktar

Kif weġibna Salvu Mallia…

Din hija r-reazzjoni tal-istar candidate tal-Partit Nazzjonalista għall-artiklu li ħriġna wara li nfexx f’attakk sfrenat kontra min hu ta’ twemmin Laburist permezz ta’ Facebook.

Mallia wieġeb billi qal li ma jibżax minn ‘gażja lid-daddy’.

Għadna qed nipprovaw nifmhu min hu d-‘daddy’ li qed jitkellem dwaru.

Jekk huwa l-Kap tiegħu u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, s’issa ma kien hemm ebda kundanna li nafu biha. Anke jekk Mallia uża kliem li xejn m’hu xieraq juża min jirrappreżenta partit politiku, ikun ta’ liema lewn ikun.

Aqra aktar

Casa jrid ikun Segretarju Ġenerali tal-PN

 David Casa iddikjara li wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss irid ikun Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.

Mistoqsi waqt il-programm Distinti jekk jikkunsidrax din il-kariga wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss Casa kien kategoriku u wieġeb “iva”. Casa ilu jixtieq jiġi lura Malta tant li kkontesta l-aħħar elezzjoni ġenerali mingħajr suċċess.

Aqra aktar

Busuttil jisfida ma’ Azzopardi… jerġa’ jfittex konfront

Ix-Shadow Minister Jason Azzopardi ikkonferma lill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti li mhux lest jirtira l-kliem “Owen Bonnici jinqabad jigdeb lill-Parlament”. Għalhekk l-Ispeaker Anġlu Farrugia se jgħaddi l-każ lill-Kumitat tal-Privileġġi.

Mhux talli hekk, talli l-Kap tal-Oppożizzjoni talab lill-Ispeaker li r-ruling kontra Azzopardi kellu japplikah ukoll lilu. Simon Busuttil kompla jżid mal-allegazzjonijiet li ma ngħatax raġun tagħhom Azzopardi, billi qal li l-Ministru Bonnici qed jipprova jagħmel sarima lill-Oppożizzjoni. Il-Ministru Bonnici ċaħad dan u qal li s-sarima ipprova jagħmilha Azzopardi meta fl-2010 qajjem każ taż ksur ta’ privileġġ kontra ġurnalista.

Aqra aktar

Xenata fil-Parlament

L-iSpeaker Anġlu Farrugia lbieraħ filgħaxija lmenta minn dak li sejjaħ “il-mod lakoniku” li ċerti dikjarazzjonijiet isiru u ġibed l-attenzjoni ta’ kulħadd għal riġidità u attenzjoni fil-kliem li jintuża ħali ma jinqalgħux malinitiżi imma iżjed u iżjed ħalli ma tingħatax l-impressjoni – anke jekk żbaljata – li l-persuna tkun qed tiżvija l-Kamra.

Farrugia kien qed jagħti ruling mitlub mill-Ministru Evarist Bartolo wara xenata li instiga bi kliemu l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil. Fil-ħin tal-mistoqsijiet, Busuttil għoġbu jakkuża lill-Ministru li qed jiżgwida lill-Kamra dwar l-iskema ta’ taħriġ tal-ħaddiema mill-General Workers’ Union. Busuttil insista li l-Ministru qed iqabbel skema ma’ skema oħra ta’ żmien amministrazzjoni Nazzjonalista li hija differenti minn dik ta’ qabilha. Busuttil saħansitra wasal jgħid li l-iskema tal-Ministru Bartolo ħolqot “prekarjat oxxen”.

Il-Ministru Bartolo qal li huwa jirrifuta l-akkuża u ma kienx se jwieġbu. Qal li Busuttil kien qed jgħid li huwa għal ta l-apposta kien qed jiżgwida u jqarraq bil-Kamra, li hija akkuża serja ħafna. Il-Ministru Bartolo qal li “jirrifjuta l-ħafna gideb li Busuttil jgħid kontra tiegħu barra l-Kamra”.

Aqra aktar

Send this to a friend