Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil – Page 5 – One News

Notifiki

GĦAL BUSUTTIL, IL-KAŻ LOWENBRAU MAGĦLUQ

Għal Simon Busuttil, il-każ tal-Lowenbrau huwa każ magħluq u għamilha ċara iktar minn qatt qabel li mhux se jkun qed jieħu passi kontra d-deputat tiegħu Jason Azzopardi, li kien responsabbli fi żmien li sar ftehim li permezz tiegħu l-gvern daħħal ftit mijiet ta’ eluf ta’ ewro, għal art li tiswa tmien miljun ewro.

Busuttil dalgħodu qalilna li l-Partit Nazzjonalista diġa’ tkellem biżejjed dwar dan il-każ u m’għandu xejn iżjed xi jżid.

Dan minkejja li rapport tal-Awditur li Ġenerali ppubblikat f’Diċembru jgħid li trid tintrefa’ r-responsabbiltà politika, u żewġ każi ta’ xhieda ġuramentata li jgħidu li intervjena l-Ministru.

Dokumenti  li ħarġu minn wara r-rapport tal-Awditur Ġenerali jġibu fix-xejn għemil Busuttil, li jrid jibqa’ jiddefendi lil Jason Azzopardi akkost ta’ kollox.

Aqra aktar

Kundanna KLASSISTA

Il-famuż kumment ‘common and crude’ ta’ Ann Fenech dwar il-post fir-Rabat fejn il- Prim Ministru dewwaq il- kultura Maltija ma’ Prim Ministri Ewropej, huwa attakk klassist lejn ċertu faxex soċjali.

 Qal dan l-awtur u storiku Mark Camilleri fil-programm Pjazza tat-Tnejn, meta kien qed jagħri r-reazzjoni tiegħu għall-kumment ta Fenech li saħansitra ddeskrivih bħala faxxist. Qal li Fenech immirat li tpenġi bħala inferjuri prattiċi bħat-te fit-tazza u pastizz, assoċċjati mal-klassi tal-ħaddiema u mal-massa.

Aqra aktar

Jason Azzopardi: ebda kredenzjali biex jitkellem fuq artijiet pubbliċi

Flok għażel li jieħu t-triq onorabbli u jerfa’ r-responabilità kif talbu jagħmel l-Awditur Ġenerali, ix-shadow minister Jason Azzopardi pprova jdawwar il-kanuni fuq każ li bl-ebda mod ma jista’ jitqabbel ma’ tal-Lowenbrau li fuqu d-Deputat Nazzjonalista ġie kkundannat personalment.

Fi stqarrija l-Partit Laburista fakkar li kull min iżur is-sit imsemmi fil-Belt Valletta jista jara b’għajnejh li l-binja magħrufa bħala Workers’ Memorial Building kienet u għadha headquarters tal-GWU. B’kuntrast, min iżur is-sit magħruf bħala tal-Lowenbrau f’Ħal Qormi ma jara ebda birrerija kif suppost hemm fuq din l-art skont kundizzjoni oriġinali li tneħħiet wara d-dealskandaluż.

L-Awditur Ġenerali f’ebda mument ma kkundanna lill-Gvern fuq il-każ tal-GWU u qal biss li wieħed għandu jikkunsidra li jikseb interpretazzjoni bil-Qorti fuq punt ta’ liġi – ħaġa li l-Gvern għadu fiż-żmien li jagħmel u qed jikkonsidra l-aspetti kollha dwarha. B’kuntrast, fil-każ tal-Lowenbrau, l-Awditur Ġenerali jitlob lil Jason Azzopardi biex jassumi r-responsabilità għas-somma miżera li biha l-Gvern ċeda din l-art.

Aqra aktar

‘Le’ għal diskriminazzjoni bbażata fuq oriġini jew reliġjon – l-Oppożizzjoni trid tieqaf tagħmel ballun politiku minn kollox

Fi stqarrija l-Uffiċju tal-Prim Ministru irrefera għal stqarrija maħruġa mill-Oppozizzjoni dwar id-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti li tipprojbixxi refuġjati mid-dħul fl-Istati Uniti.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni ilbieraħ kien preżenti fl-udjenza, flimkien mal-mezzi tax-xandir, waqt avveniment pubbliku organizzat mill-Kamra tal-Kummerċ, meta l-Prim Ministru għamel diskors u qal b’mod ċar li Malta ma taqbilx mad-deċiżjonijiet tal-amministrazzjoni Amerikana.

Il-Prim Ministru u l-Gvern Malti b’mod ċar ma jaqblux mal-diskriminazzjoni bbażata fuq oriġini jew reliġjon, tgħid l-istqarrija, u żżid li l-Oppożizzjoni għandha tieqaf tipprova tippolitiċizza kollox.

Kandidat Nazzjonalista akkużat b’theddid

Il-kandidat Nazzjonalista Ryan Mercieca allegatament hedded lil persuna barra l-Qorti. Jirriżulta li l-każ ġara wara li l-kandidat fuq it-tlettax-il distrett fetaħ libell kontra l-editur tat-Torċa. F’Jannar tas-sena l-oħra, it-Torċa kienet irrapurtat li għaqda mhux governattiva li tagħha Ryan Mercieca huwa segretarju kienet fiċ-ċentru ta’ taħwida wara li naqset
milli tipprovdi dokumenti importanti dwar fondi Ewropej.

Kif kien qed jinstema’ l-każ ta’ libell, xehed it-teżorier tal-għaqda ,li stqarr kif hu qatt ma ngħata d-dokumenti oriġinali tal-proġett marbuta ma’ fondi Ewropej iżda dawn dejjem kienu f’idejn il-President jew is-Segretarju tal-għaqda. Wara din ix-xhieda, fil-kuridur tal-Qorti, il-kandidat Nazzjonalista allegatament mar fuq ix-xhud tiegħu stess u qallu “Issa ġejja tiegħek”.

Kien hawn li quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale, l-avukat tax-xhud spjegat kif il-klijent tagħha kien għadu kemm ġie mhedded. Min-naħa tiegħu l-Maġistrat talab lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga dan il-każ dwar theddid. Sadanittant il-kandidat Nazzjonalista Ryan Mercieca huwa wieħed minn dawk ferm imbuttati mill-Kap Simon Busuttil. Huwa sigriet magħruf li wara li l-aspirazzjonijiet politiċi ta’ Giovanna Debono spiċċaw fix-xejn, il-Kap Nazzjonalista beda jimbotta l-kandidat żagħżugħ Ryan Mercieca li issa jinsab taħt il-lenti ta’ investigazzjoni mill-pulizija dwar theddid.

 

Politika mibnija fuq il-mibgħeda u vendikazzjoni

Matul dawn l-ahhar ġimgħat, b’mod speċjali f’dawn l-aħħar ġranet, Salvu Mallia ħa r-riedni tal-istrateġija tal-PN f’idejh. Mallia biss qed jissemma fuq il-ġurnali politiċi u anki fuq fomm in-nies (mhux neċessarjament b’mod pożittiv!). Prattikament Mallia sar il-wiċċ ġdid tal-PN.

Simon Busuttil ftit li xejn qed jidher, għajr għal-laqgħa tradizzjonali ta’ nhar ta’ Ħadd mal-partitarji ġewwa xi każin. Uhud min-nazzjonalisti ma jiddejqux li l-kap tagħhom jibqa’ kwiet, propju ħalli jevita milli jgħid xi ħmerija meta jitkellem. Iżda apparti dan, is-silenzju ta’ Simon Busuttil qed jinkiser b’qawwa mid-diskors u l-mutetti ta’ Salvu Mallia, iva, l-istar candidate tal-PN. S’issa jidher li dan l-aġir ta’ Salvu għandu l-barka u l-approvazzjoni ta’ Busuttil. Kuntent hu, kuntent kulħadd.

Aqra aktar

Ifarfar mis-self ta’ Zaren Vassallo

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech għażel li ma jidħolx bejn il-basla u qoxritha meta mistoqsi dwar il-kwart ta’ miljun ewro li Żaren Vassallo għadda lill-Partit Nazzjonalista.

Kwart ta’ miljun li ntqal li huwa self. Self li hemm verżjonijiet differenti dwar jekk tħallasx jew le.

Mistoqsi jekk ux komdu li dan is-self sar ftit jiem wara d-deal tal-art tal-Lowenbrau, Claudio Grech, qal li din hi kwistjoni tal-amministrazzjoni tal-Partit li ma jidħolx fiha.

Insistejna, bid-domanda għax lill Claudio Grech konna qed nitolbuh opinjoni. Hu, bħala deputat nazzjonalista, komdu jew le b’dan il-fatt? 

Lanqas Ċensu Galea, eks Ministru, ma kkummenta dwar dan. Bħal ma baqa’ fommu mitbuq Antoine Borg, li fi żmien li l-PN daħħal il-kwart ta’ miljun ewro kien involut fit-tmexxija finanzjarja tal-Partit Nazzjonalista. 

Aqra aktar

“Busuttil ħass li lanqas biss għandu jsemmi l-Air Malta; aħseb u ara kemm kellu pjan għaliha!”

Il-Ministeru għat-Turiżmu fi stqarrija qal li jinnota l-konferenza tal-aħbarijiet li indirizza llum il-Partit Nazzjonalista b’reazzjoni għall-istqarrija ministerjali dwar l-Air Malta li għamel ilbieraħ il-Ministru Edward Zammit Lewis fil-Parlament.

Il-Ministeru jfakkar li, f’inqas minn għaxar xhur, il-Ministru Zammit Lewis għamel tliet stqarrijiet ministerjali dwar l-Air Malta, u kien għad-dispożizzjoni għad-domandi kollha mill-membri tal-Oppożizzjoni.

Innota li huwa ferm ironiku li din l-istqarrija ġejja mid-deputat Claudio Grech, li kien il-Kap tas-Segretarjat tal-Ministru Austin Gatt, liema eks Ministru huwa wieħed mill-protagonisti li wassal sabiex l-Air Malta tħalliet f’sitwazzjoni ta’ falliment. Min-naħa l-oħra, il-kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Turiżmu Antoine Borg kien jieħu ħsieb il-finanżi tal-Partit Nazzjonalista qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali. Għalhekk, wieħed iħalli f’idejn il-pubbliku kemm għandu kredibilità l-Partit Nazzjonalista li jitkellem dwar l-Air Malta.

Aqra aktar

Send this to a friend