Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil – Page 4 – One News

Notifiki

Attakki distruttivi u vendikattivi biex ikissru l-Korp u l-Kummissarju tal-Pulizija

L-attakki mill-Oppożizzjoni u minn Simon Busuttil fuq il-Korp u fuq il-Kummissarju tal-Pulizija issa laħqu l-qiegħ u qegħdin isiru distruttivi u vendikattivi, b’attakki personali ta’ kuljum fuq is-Sur Lawrence Cutajar bil-għan li jippruvaw ikissru lill-persuna kif ukoll lill-ħidma li qed titwettaq.

Dan qalu l-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali fi stqarrija.

Aqra aktar

BUSUTTIL BL-ISTESS BULIJIET TA’ GONZI PN

  • QED TISPIKKA L-PREŻENZA TA’ TONIO ZAMPA
  • IFAKKRU FIX-XENI KOROH TA’ QUDDIEM ID-DAR ĊENTRALI FL-2012

Kif jidher fir-ritratt li qed nippubblikaw, l-iktar uffiċjal tas-sigurtà qrib il-Kap tal-Oppożizzjoni fil-protesta li saret żewġt iħdud ilu kien Tonio Zampa, persuna li l-għatba tal-Qorti rifisha mhux darba jew tnejn.

Iktar minn hekk Zampa huwa magħruf għal-lingwaġġ aggressiv u intimidatorju tiegħu fil-konfront ta’ dawk li ma jaqblux mal-Partit Nazzjonalista. Din mhix l-ewwel darba li Zampa deher qrib Simon Busuttil kemm ilu kap u Busuttil injora għalkollox il-parir li nies bħal Zampa m’għandux xi jridhom ma’ saqajh.

Aqra aktar

Kap tal-Oppożizzjoni vendikattiv u bitter

Ma’ kull jum li jgħaddi qed joħroġ dejjem aktar kemm Simon Busuttil huwa vendikattiv u bitter. Dan qalu l-Parti Laburista fi stqarrija.

Il-Partit innota li Busuttil illum reġa’ miss lill-Kummissarju tal-Pulzija. Kummissarju li filgħodu jfaħħru, wara nofsinhar jikkritikah u filgħaxija jkeċċih mingħajr notice.

Aqra aktar

DEMARCO AVUKATI TAL-INVESTIMENT LI SKONT BUSUTTIL HUWA “SERQ”

  • Id-ditta ta’ avukati tal-Viċi Kap Nazzjonalista Mario Demarco hija d-ditta li kitbet il-kuntratt tal-ITS flimkien mal-Gvern ta’ Malta.
  • Il-progett li safa taħt attakk u għajjat ta’ skandlu minn Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonalista għandu l-barka ta’ De Marco, li jirrappreżenta l-kumpanija li se tiżviluppa dan l-investiment.

SD Finance Plc hija public limited company maħluqa riċentement; jiġifieri kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata. Hija tas-sidien tal-iżviluppaturi tad-DB San Ġorġ, fis-sit fejn bħalissa hemm l-ITS. Hawn, b’investiment privat ta’ €300 miljun, se jsir proġett li jinkludi lukanda ta’ ditta internazzjonali, postijiet residenzjali u zona kummerċjali.

Aqra aktar

“Il-mod kif jaħseb u jirraġuna l-Kap tal-Oppożizzjoni jwassal biex tieqaf l-ekonomija”

F’intervista fuq One Radio, il-Prim Ministru  fakkar li dan il-Gvern dawwar ir-rotta tal-Enemalta biex minn waħda falluta b’aktar minn €800 miljun dejn, illum id-dejn inqata’ bin-nofs. Dan id-dejn kien mażra għall-ekonomija ta’ pajjiżna.

Il-Mexxej Laburista saħaq li l-pjan tal-enerġija wassal għall-kontijiet orħos, u stqarr li kien jiġri bil-maqlub li kieku tela’ fil-Gvern il-Partit Nazzjonalista, hekk kif l-unika pjan li kellu biex tkun salvata l-Enemalta kien li jerġgħu jgħolew il-kontijiet.

Aqra aktar

L-Università b’risposta lill-PN

Il-Partit Nazzjonalista ħareġ jgħid li deċiżjoni tal-Università ta’ Malta biex studenti ġodda jagħmlu eżami tal-profiċjenza fl-Ingliż u biex jattendu Communicative Aptitude Programme ittieħed bil-ħeffa. Tant hu hekk li fi stqarrija qalu li din il-miżura, immirata biex l-istudenti jkunu mgħarrfa sew kif jikkomunikaw bl-Ingliż, hija ‘diżappunt’.

Illum wieġbet l-Università ta’ Malta. Qalet li bħala istituzzjoni li tilqa’ mat-12,000 student, temmen li għandha obbligu tiżgura li kull gradwat għandu l-għodda neċessarja biex itejjeb l-opportunitajiet għall-istudenti, kemm mill-aspett akkademiku u kemm biex dawn ikunu jistgħu jsibu impjieg.

Aqra aktar

Iffaċjat fil-Parlament dwar kif ħarab mix-xhieda

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, kien iffaċjat fil-Parlament dwar il-mod kif ħarab milli jixhed dwar l-allegazzjonijiet li għamel fuq Keith Schembri, chief of staff tal-Prim Ministru. Busuttil prova jinħeba wara dawk li l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici sejjaħ legaliżimi.

“Il-poplu jaf Busuttil x’qal fuq Keith Schembri,… donnu Busuttil biss ma jafx,” qal il-Ministru Bonnici. Ara l-filmat hawn taħt.

Aqra aktar

FIS-SIGĦAT LI ĠEJJIN… Problema ġdida għal Simon Busuttil

Il-Kap tal-Oppożizzjoni se jkun qed jiffaċja problema ġdida li mistennija tagħti daqqa ta’ ħarta oħra lil waħda mill-iktar kampanji qalila li mbarka kemm ilu Kap tal-Partit Nazzjonalista.

ONE NEWS jista’ jikkonferma li fis-sigħat li ġejjin se jkun żvelat każ li jimmina l-kredibbilta tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista dwar tema li Simon Busuttil qed jgħid li jrid jgħamilha ċentrali fil-kampanja tiegħu għall-elezzjoni ġenerali.

Jirriżulta li filwaqt li Busuttil diġa’ għandu problema bl-imgħoddi tal-Partit Nazzjonalista u l-involviment tiegħu fl-istess partit fi żmien li ttieħdu fost l-agħar deċiżjonijiet f’dan is-settur, issa s-sitwazzjoni se tkun qed tmurlu għall-agħar.

Għax wieħed mid-deputati tiegħu, li saħansitra huwa fdat biex jippreżenta politika ġdida għas-settur inkwistjoni, għandu kwistjoni personali li tmur lil hinn minn dak li ilu jwiegħed l-istess Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

Il-PN dipendenti għall-aħħar fuq il-pinna ta’ DCG

Il-Partit Nazzjonalista qed jiddependi iktar minn qatt qabel fuq il-pinna tal-blogger Daphne Caruana Galizia biex iżomm il-poter. Kliem l-eks deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando waqt il-programm One Week.

Hawnhekk kien diskuss fost oħrajn is-saħħa u l-kredibiltà li l-Oppożizzjoni qed tagħti lill-blogger Nazzjonalista, bħal per eżempju, tbiddlet l-attivita politika tal-Ħadd biex issa se ssir tas-Sliema, skont ir-rieda ta’ Caruana Galizia.

Aqra aktar

Kif inkunu bin-normali ta’ Simon Busuttil

Il-Ħadd li għadda Simon Busuttil qalilna li jridu jieħu l-pajjiż lura għan-normalità. Dikjarazzjoni ċara li forsi wieħed iħalli tgħaddi mingħajr ma jaħseb wisq fuqha. Iżda, jkun ħażin jekk isir dan.

Għaliex ta’ min jifhem x’inhi n-normalità għal Simon Busuttil. Bid-dikjarazzjonijiet tiegħu huwa ċar iktar minn qatt qabel li għal Simon Busuttil in-normalità huwa dak li kellna qabel Marzu 2013. Tant hu hekk li tfitxija ta’ malajr fuq YouTube twassal biex insibu biżibilju ta’ dikjarazzjonijiet ta’ Simon Busuttil dwar għaliex pajjiżna ma kellux jibdel id-direzzjoni. F’kelma waħda Simon Busuttil riedna nibqgħu b’GONZI PN li hu kien parti integrali minnu. Ladarba għandna dan il-kejl nistgħu nqabblu n-normalità ta’ Simon Busuttil u l-pajjiż illum. Naraw ftit x’inhuma d-differenzi. Uħud mill-ewlenin għax jekk naqbdu niktbu ninmew gazzetti sħaħ.

Aqra aktar

Send this to a friend