Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil – Page 3 – One News

Notifiki

Busuttil jerġa’ jikkonferma li ma tax provi lill-Maġistrat dwar Egrant

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil,  ikkonferma mal-ġurnalisti li lill-Maġistrat Aaron Bugeja ma tah ebda provi dwar il-kumpanija Egrant. Kumpanija li hu u Daphne Caruana Galizia allegaw li hi ta’ Michelle Muscat. Wara li ħareġ mingħand il-Maġistrat diversi ġurnalisti staqsew mistoqsija diretta u reġa’ qal li mhux ix-xogħol tiegħu li jfittex il-provi u saħansitra qal b’ċertu antipatija lill-ġurnalista tal-PBS: “Kemm int interessata fuq din?”

Hawn il-ġurnalisti għamluha ċara li x-xogħol tagħhom u li jistaqsu u għal dan wieġeb li dwar Egrant tkellem biss mal-Maġistrat. Għax provi ma ressaqx.

Simon Busuttil ireġġa l-arloġġ lura anke fl-edukazzjoni

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil lest li jreġġa l-arloġġ lura anki fil-qasam tal-edukazzjoni . F’dan l-aħħar snin l-gvern investa fl-edukazzjoni , flus li qal Simon Busuttil huma flus fil-ħela .

Dan kien il-messaġġ tal-Partit Laburista f’konferenza tal-aħbarijiet fejn il-Ministru għal Edukazzjoni Evarist Bartolo ta rendikont tal-ħidma li saret f’dan is-settur, bil-għan li l-istudenti jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar .

Minkejja l-kampanja ta’ biża qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali li dan il-gvern se jnaqqas l-istipendju, ġara bil-kontra u Gvern Laburista żied l-istipendju filwaqt li ta l-istipendju lil dawk l-istudenti li irrepetew sena fil-kors tagħhom . Miżura li l-gvern investa għaliha mat- €28 miljun.

Aqra aktar

DeMarco jiddefendi, jgiddeb u jitfa’ l-battuti

Mario DeMarco għal darb’oħra giddeb b’mod ċar lil Simon Busuttil, billi kkonferma li m’hu vera xejn li Busuttil talbu jagħżel bejn is-servizzi legali lejn il-grupp DB u l-kariga ta’ Viċi Kap tal-Partit. Busuttil qed jipprova jagħti x’jifhem li għandu kontroll fuq is-sitwazzjoni li daħħal lill-partit tiegħu fiha, iżda l-Viċi Kap tiegħu stess qed imerih.

Intervistat minn Saviour Balzan, DeMarco qal  b’mod ċar li f’Diċembru tal-2015, informa lil Simon Busuttil bl-involviment tiegħu fil-ftehim bejn il-grupp DB u l-Gvern. Bususttil ma kien sab ebda oġġezzjoni.

DeMarco insista li dak kollu li għandu x’jaqsam mal-prezz tat-trasferiment tal-art ma’ kienx involut fih hu, iżda kif spjega anke l-Ministru Konrad Mizzi, il-kumpanija indipendenti Deloitte iddeterminaw il-metodu ta’ kif inħadem il-prezz, imma l-kuntratt ġie fifnalizzat mill-avukati ta’ DB, f’dan il-każ DeMarco u ħutu.

Aqra aktar

FILMAT: Waqaf joħodna miegħu…Busuttil qed jaħrab lill-media 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni ma ħax media miegħu meta mar jippreżenta dokument dwar in-negozji lill-ħwienet tal-Belt. Għax wara li faqqa’ l-iskandlu PagiPN qiegħed jevita l-media.

Meta dan id-dokument mar jippreżentah lill-ħwienet ta’ Ħ’Attard u s-Swieqi sejjaħ lill-media kollha biex tmur miegħu. Rajnih idur ħanut, ħanut u wara waqaf iwieġeb il-mistoqsijiet (jew aħjar dawk li għoġbuh).

Aqra aktar

Analiżi tal-kriżi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista

Il-fatti dwar il-kriżi li ħakmet lill-Partit Nazzjonalista huma magħrufa. Il-kap Simon Busuttil huwa falz bil-provi.

F’din l-analiżi però, Karl Stagno Navarra jagħti ħarsa lejn id-dettall…janaliżża eżattament xi kliem uża Simon Busuttil u l-body language tiegħu, li ħafna drabi jitkellem ħafna aktar minn dak li jlissen fil-fomm. F’dan is-servizz wieħed huwa mistieden jaħseb b’moħħ kritiku dwar dak li qed jiġri bħalissa.

Segwi hawn.

Aqra aktar

TERREMOT!

Dawn l-aħħar jiem seħħ terremot li kejjel disa fuq l-iskala Richter.

Biex tifhem eżatt x’ġara u x’effetti ħalla, għandek spjega f’minuta.

Segwi hawn.

Aqra aktar

Maltempata ta’ falsità li ħakmet lil Simon Busuttil

Stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista 

Din il-ġimgħa Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonalista nħakmu minn maltempata ta’ falsità meta Busuttil inkixef li kien hu stess li staqsa biex negozjanti iħallsu l-pagi ta’ uffiċjali tiegħu u kien hu li ħoloq sistema falza ta’ invoices.

Aktar minn hekk, wara li għajjar lil dawn in-negozjanti li huma korotti u maħmuġin, illum skoprejna li issa ddeċieda li ma jerġax jagħti lura l-flus li ngħataw minn negozjanti u li skont dak li qed jgħid hu stess huma frott il-ħmieg u l-korrozzjoni.

Simon Busuttil  falz għax minkejja li in-negozjanti diġa’ giddbuh meta qalu li  Busuttil stess li saqsa biex jingħataw il-pagi tal-uffiċjali tiegħu , issa qed iġib skuża li ma jistax jippublika l-invoices ta’ dawn id-donazzjonijiet minħabba relazzjonijiet kummerċjali.

Aqra aktar

Int lil min temmen?

Dalgħodu ktibna li l-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Mario De Marco, ikkontradixxa dak li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, meta implika li taħ għażla.

Skont Busuttil, kienet għażla bejn li jirriżenja mill-kariga tiegħu, u li jieqaf iservi ta’ konsulent legali tad-DB Group.

DeMarco qal li qatt ma saret din it-talba.

Għaldaqstant qed nistaqsu:

Aqra aktar

Send this to a friend