Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil – Page 2 – One News

Notifiki

ID-DITTA T’ANN FENECH GĦENET LIL BERLUSCONI JEVADI T-TAXXA

Fenlex, ditta li hija involuta fiha l-President tal-Partit Nazzjonalista Anne Fenech, tissemma sew f’sentenza li tat il-Qorti Taljana fil-konfront tal-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi.

Dan fiż-żmien meta Berlusconi kien akkużat b’evażjoni tat-taxxa.  Każ li għal żmien twil iddomina l-aħbarijiet Taljani b’Berlusconi kien ftit bogħod minn ikla ħabs tajba.

Pero f’dan kollu fiex tidħol id-ditta  ta’ Ann Fenech? Fis-sentenza Taljana d-ditta  t’Ann Fenech tidher aktar minn tliet darbiet.

Kien permezz ta’ kumment fuq facebook li l-avukat Joe Brincat tefa’ dawl fuq il-każ u mal-kumment Brincat espona s-sentenza li tat il-qorti Taljana fil-konfront ta’ Silvio Berlusconi.   

L-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi ried jara kif se jagħmel skema biex jevadi t-taxxi Taljani. Kien jixtri l-films mill-Amerka, xiri li għalih kienet tidher kumpanija Maltija IMS.LTD; kumpanija li kienet fl-uffiċju tad-ditta legali ta’ Ann Fenech.   

Aqra aktar

Busuttil fuq Għawdex: filli d-dettalji fl-ewwel mitt jum, u filli ħareġ b’somma 

Wara li rċieva kritika kbira għall-fatt li ma kellu ebda costings għall-proposta tiegħu fuq Għawdex, issa Simon Busuttil tefa’ somma. Se tiswa ħmistax-il miljun ewro biex jagħti €10,000 lil kull min imur jgħix Għawdex.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni filli ried jippreżenta dawn il-costings fl-ewwel mitt jum ta’ Partit Nazzjonalista fil-Gvern, u filli ħareġ b’somma.

Aqra aktar

FILMAT: Fejn ma jafx, JIĊĊAJTA

Simon Busuttil reġa’ nqabad ma jafx x’inhu jghid dwar l-ewwel proposta li ħabbar, dik li jagħti għaxar t’elef ewro għal Maltin li jmorru jgħixu Għawdex. U meta nduna li ma kkonvinċiex, prova jiċċajta xi ftit.

Din id-darba, Busuttil tagħna spjegazzjoni u lezzjoni  matemtaika li ma tagħti l-ebda indikazzjoni kemm se tiswa din il-proposta u kemm minnha se  jibbenfikaw nies.

Għal darb’oħra, trid tara l-filmat.

Aqra aktar

Il-Maġistrat jifred il-każ Egrant mill-allegazzjonijiet dwar Schembri ta’ Busuttil

  • Stqarrija mill-Gvern ta’ Malta

Dak li l-Kap tal-Oppożizzjoni talab lill-Qorti tinvestiga waqt l-inkjesta Maġisterjali ġie deċiż mill-istess Qorti li ma għandu x’jaqsam xejn ma’ l-allegazzjoni inveritiera li l-Prim Ministru u l-familjari tiegħu b’xi mod jew ieħor għandhom x’jaqsmu mal-kumpanija Egrant.

Il-Maġistrat li qed jisma’ din l-inkjesta mhuwiex se jkompli jisma’ l-allegazzjoni ta’ Dr Simon Busuttil fil-konfront ta’ Keith Schembri u għalhekk wieħed irid jara jekk dan ir-rapport għandux jinstema’ minn Maġistrat ieħor.

M’GĦANDUX IDEA x’qed jipproponi

Simon Busuttil nieda skema imma m’għandux idea dwar id-dettalji.

Aħseb u ara kemm għamel costings. M’għandux idea lanqas min se jibbenefika min din l-iskema relatata m’Għawdex. U mhux se jkollu idea sa wara l-elezzjoni ġenerali. Jiġifieri jrid lill-elettorat jeleġih, imma m’għandux proposti.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet mhux talli ammetta li l-proposta ma jaf xejn dwarha, talli talab lill-ġurnalisti jgħaddulu s-suġġerimenti!

Trid issegwi l-filmat!

Aqra aktar

Simon għażel lir-Russa u jien se nagħżel lil Malta  

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, qal li se jagħżel lil Malta. Però fl-ewwel sigħat tal-kampanja elettorali għażel lir-Russa akkużata bi frodi u akkużi foloż fil-konfront tal-pulizija.

Fl-ewwel 24 siegħa tal-kampanja elettorali Simon Busuttil tkellem biss dwar Egrant u l-gidba fil-konfront tal-Prim Ministru, Joseph Muscat.

Wara ġimgħa ma jressaq ebda prova u jevita s-suġġett, meta mistoqsi hux se jirriżenja jekk jirriżulta li gideb fil-konfront tal-Prim Ministru, Busuttil reġa’ uża r-rally biex jirrepeti l-akkuża li Egrant hi ta’ Michelle Muscat. Dan bit-tama li kulħadd, inkluż il-Partit Laburista, jerġa’ jibda jitkellem dwar din il-mara.

Simon Busuttil għamel dan bit-tama li jerġa’ jieħu d-diskussjoni f’dik id-direzzjoni, għaliex dwar Malta li qal li se jagħżel, m’għandu xejn xi jgħid. Għal Malta, ftit li xejn għandu x’jipproponi.

Aqra aktar

MA JILQAX L-ISFIDA TAL-PRIM MINISTRU

Wieħed mill-kapijiet tal-Oppożizzjoni Simon Busttil ma laqax l-isfida tal-Prim Ministru biex imur quddiem istituzzjonijiet Ewropej u jnaddaf ismu dwar l-aħħar skandlu li ħareġ lill-Partit Nazzjonalista.

“Il-kwistjoni ingħalqet” qal Busuttil, u qal li hija r-responsabilità llum hija ta’ Joseph Muscat, għax hu l-Prim Ministru.

Jattakka lil kulħadd minbarra lir-Russa; xejn għall-pajjiż

Simon Busuttil attakka kemm felaħ l-ogħla istituzzjonijiet Maltin. Dalgħodu qal li l-Avukat Ġenerali, li nħatar fi żmien il-Partit Nazzjonalista, għandu “jitlaq” minn postu mill-aktar fis possibbli. “Jien ma nafx dan x’kulur hu” qal Busuttil dwar l-Avukat Ġenerali, li l-irwol tiegħu jitlob imparzjalità assoluta. 

Attakk bla waqfien u b’sens ta’ disprezz qawwi għamlu wkoll fil-konfront tal-Kummissarju tal-Pulizija, li sejjaħlu “agħar minn Neruni, għax almenu dak kellu naqra stil, idoqq il-fifra”.

B’dan it-tip ta’ ton, Simon Busuttil u anke l-viċi kap tal-PN Beppe Fenech Adami, appella għal darb’oħra għal informazzjoni dwar kull min jista’ jkollu xi forma ta’ storja li tinteressa lil PN. Iżda għal darb’oħra mhux talli tilef opportunità jgħid għandux dettalji dwar l-allegazzjonijiet fuq Egrant u mart il-Prim Ministru, imma fi kliemu setss “jista’ jkun għandna dubji” fuq dawn l-allegazzjonijiet.

Aqra aktar

Konferma li l-PN u l-PD fuq l-istess l-lista; mingħajr approvazzjoni tal-Kunsill Ġenerali

Il-Partit Nazzjonalista ħabbar li fuq il-lista tiegħu se jkollu l-kandidati tal-Partit Demokratiku. Eżatt kif kienet żvelat Marlene Farrugia qabel Simon Busuttil. Din id-deċiżjoni ttieħdet mingħajr ma telgħet għall-approvazzjoni tal-Kunsill Ġenerali u minflok kien biss il-Kumitat Eżekuttiv li ntalab japprova l-ftehim. Id-diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat ilhom li bdew minn Settembru li għadda meta l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u saru minn wara l-Grupp Parlamentari.

Tant li laqgħa ftit tal-ġimgħat ilu kienet waħda taħraq fejn ir-responsabbiltà ntefgħet fuq il-Kap. Għada filgħodu se jkunu qed jiġu preżentati d-dettalji ta’ dan il-ftehim waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Send this to a friend