Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil – Page 13 – One News

Notifiki

Galoppin ta’ Simon ħati mill-ġdid

Carmel Mangion, magħruf bħala ż-Żubina, ngħata sentenza ta’ erba’ xhur priġunerija flikien ma’ multa ta’ €5,000.

L-istess Żubina  kien fost dawk fil-folla li dawwret lil Simon Busuttil quddiem il-Qorti meta ġurnalisti tagħna sfaw imsawta. Huwa wkoll bniedem li fl-attivitajiet tal-Partit Nazzjonalista jidher jieħu ritratti u saħansitra jintlaqa’ bil-kbir mill-membri tal-grupp parlamentari.

Iż-Żubina kien akkużat li sellef b’mod illegali lil ċartu Marvin Mckay u li hedded li se juża l-vjolenza kontrih, jew inkella kontra l-propjetà tiegħu.

Aqra aktar

Filmat: Lest tuża l-karozza meta jgħidlek Busuttil?

Waħda mill-ftit proposti mhux ikkupjati (almenu lokalment) fil-pjan tal-Partit Nazzjonalista hija dik li tħeġġek ma toħroġx bil-karozza tiegħek kuljum,. Fi kliem ieħor tkun tista’ tuża l-karozza f’jiem partikolari tal-ġimgħa u f’oħrajn le. F’dawk imbagħad trid taqbad tal-linja jew tiddoba rikba ma’ xi ħadd. Dwar dan staqsejna lil pubbliku. Dak li qalu fil-filmat.   

Aqra aktar

LAĦAQ HU!

Ftit tal-minuti ilu Simon Busuttil kien qed jagħmel konferenza tal-aħbarijiet fil-Parlament. Il-parkeġġ riservat għalih kien vojt u x-xufier kien hemm. Iżda, għal xi raġuni jew oħra ideċieda li jipparkja minflok il-Prim Ministru.

“Laħaq hu,” qalilna minn bagħtilna dan ir-ritratt fuq onenews@one.com.mt

Simon Busuttil ma jistax jaqa’ fil-baxx aktar minn hekk

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ma jistax jaqa’ aktar fil-baxx minn kemm qiegħed bħalissa meta qed jispiċċa jitlob l-irċevuti ta’ żjara privata li għamel il-Prim Ministru flimkien mal-familja tiegħu u li għaliha ħallas kollox hu. Dan qalu fi stqarrija l-Partit Laburista.

Agħar minn hekk, filwaqt li Busuttil irid jindaħal fi żjara privata, ilbieraħ ħareġ kif qal lil Mario DeMarco li jista’ jibqa’ fejn hu u ma joqgħodx jinkwieta anke jekk dan tal-aħħar kien sarlu xogħol minn kuntrattur f’daru, waqt li kien il-persuna responsabbli mill-MEPA bi ksur sfaċċat tal-kodiċi tal-etika.

Aqra aktar

Simon Busuttil ma jistax jitwemmen – Partit Laburista

Il-Partit Laburtista qali huwa tassew inkreddibli kif il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu l-wiċċ li jitkellem fuq is-settur tal-enerġija, l-istess settur li għalih kellu aċċess għal pjan ippreżentat lill-Gvern Nazzjonalista u li konxjament warrab biex jibqa’ għaddej bl-aktar fjuwil li jħammeġ minflok il-qalba għall-gass. Dan kollu filwaqt li kien għaddej l-ikbar skandlu politiku, dak tal-commissions fuq ix-xiri taż-żejt.

Aqra aktar

Fiduċja akbar fil-Prim Ministru

Stħarriġ ippubblikat mill-Maltatoday juri li l-Prim Ministru Jospeh Muscat kabbar il-vantaġġ tiegħu fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.

L-istħarriġ juri li l-Prim Ministru Muscat kabbar il-vantaġġ tiegħu fuq Busuttil minn erbgħa (Marzu) għal seba’ perċentwal (April).

Aqra aktar

Send this to a friend